Dokument: FIN-HO-08002

Titlu:
HENKILÖKORTTI _ PERSONKORT _ Kortti nro / Kort nr. D...
Pajjiż ta’ emissjoni:
FIN - Finlandja • SUOMI •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
08002
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
01/01/2020
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Karta tal-identità tas-sensiela D li tinħareġ lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea u persuni intitolati għall-istess trattament. Il-Karti tal-identità tas-sensiela D jinħarġu lill-impjegati fis-servizz personali ta' membri tal-persunal f'rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari akkreditati jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jinsabu fil-Finlandja, u lill-persuni li jwettqu xogħol ta' tiswija fir-rappreżentanzi. Il-karta tal-identità hija dokument marbut mar-residenza; mhijiex prova tal-identità tad-detentur. Karta tal-identità maħruġa lil ċittadini ta' Stati Membri tal-UE u tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera tagħti lid-detentur id-dritt li jgħix il-Finlandja waqt li jaħdem.
Konfigurazzjoni ġenerali:
kard
Wisa’ (mm):
85
Għoli (mm):
54
Numru ta’ paġni:
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Valida sa mhux iktar tard mid-data indikata fuq il-karta; il-karta ma tkunx valida jekk l-istazzjonament fil-Finlandja tad-detentur, jew tal-kap tal-familja, ikun intemm.
Id-detentur tal-karta ma jgawdi ebda privileġġ jew immunità fil-Finlandja.
Differenti mid-dokument FIN-HO-08001 peress li dan id-dokument FIN-HO-08002 jinħareġ lil ċittadini tal-UE u persuni intitolati għall-istess trattament. Id-dokument FIN-HO-08001 jinħareġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi. Id-differenza tidher fit-test fuq wara tad-dokument FIN-HO-08001.
Recto - identità
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fil-Finlandja • SUOMI : FINLAND •