Dokument: FIN-HS-08001

Titlu:
HENKILÖKORTTI _ PERSONKORT _ Kortti nro / Kort nr. B...
Pajjiż ta’ emissjoni:
FIN - Finlandja • SUOMI •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
08001
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
01/01/2020
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Karta tal-identità tas-Serje B maħruġa lil ċittadini ta' pajjiż terz. Il-karti tal-identità tas-Serje B jinħarġu lil uffiċjali konsulari u uffiċjali oħra li jservu fil-persunal amministrattiv u tekniku ta' rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari akkreditati fil-Finlandja, kif ukoll lill-membri tal-familja tagħhom. Il-karta tal-identità hija dokument marbut mar-residenza; mhijiex prova tal-identità tad-detentur. Karta tal-identità maħruġa liċ-ċittadini ta' pajjiż terz tagħti lid-detentur id-dritt li jirrisjedi fil-Finlandja waqt li jaħdem jew bħala membru tal-familja ta' xi ħadd li jkun jaħdem, u flimkiem ma' dokument validu tal-ivvjaġġar, id-dritt li jidħol fit-territorju tal-Istati Schengen.
Konfigurazzjoni ġenerali:
kard
Wisa’ (mm):
85
Għoli (mm):
54
Numru ta’ paġni:
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Valida sa mhux iktar tard mid-data indikata fuq il-karta; il-karta mhijiex valida jekk ikun intemm l-istazzjonament fil-Finlandja tad-detentur jew tal-kap tal-familja.
Id-detentur tal-karta jgawdi immunità u huwa eżenti mill-ġurisdizzjoni kriminali tal-Finlandja.
Recto - identità
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fil-Finlandja • SUOMI : FINLAND •