Gwida għall-karatteristiċi ta' sigurtà fil-paġna tal-bijodata: 1. Motif stampat bl-użu ta' partiċelli metalliċi speċjali tal-linka (OVI - linka ottikament varjabbli). Il-kulur jinbidel minn blu għal aħmar meta l-paġna tal-bijodata tixxengel. 2. Sovrastampar f'mikrostampa b'diversi karattri fil-parti li tinqara mill-magna. 3. Mikrostampa f'diversi postijiet fil-paġna tal-bijodata; tista' tinqara biss b'lenti. 4. Kinegram®. Huma viżibbli effetti kuluriti u kinetiċi meta l-motif trasparenti jixxengel. 5. Skont l-angolu minn fejn tħares, huma viżibbli l-immaġni tad-detentur u n-numru tal-passaport. 6. It-test u l-motif huma viżibbli biss taħt dawl UV.