"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Binjiet tal-Kunsill

Qabel, l-amministrazzjoni tal-Kunsill, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, kienet mifruxa f'diversi binjiet madwar Brussell. Biex jirrazzjonalizza l-funzjonament u l-ispejjeż interni tiegħu, il-Kunsill tal-UE fassal programm għall-binjiet, bl-għan li jiġbor flimkien ix-xogħol amministrattiv u l-laqgħat kollha tal-istituzzjoni f'numru iżgħar ta' binjiet biswit xulxin.

Dan il-programm għall-binjiet indirizza wkoll l-iżviluppi fil-ħtiġijiet funzjonali:

  • id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jorganizza l-laqgħat kollha tiegħu fi Brussell, minflok ir-rotazzjoni preċedenti bejn l-istati membri
  • it-tkabbir tal-UE, li kien jinvolvi 13-il pajjiż f'għaxar snin
  • l-adozzjoni tat-Trattat ta' Liżbona, li ħoloq il-kariga ta' President permanenti tal-Kunsill Ewropew

Il-bini eżistenti tal-Justus Lipsius sarulu xi modifiki u t-tieni bini, il-Lex, inxtara biex jakkomoda n-numru dejjem akbar ta' unitajiet tat-traduzzjoni. Bini ġdid, il-bini Europa, iddisinjat biex jospita laqgħat tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew, sar operazzjonali f'Jannar 2017.

Żur il-binjiet fejn jiltaqgħu l-mexxejja u l-ministri tal-UE

Żurna

Il-Kunsill huwa miftuħ għall-pubbliku għal żjarat. Noffru żjarat individwali u fi gruppi. Għal aktar tagħrif:

Il-bini Justus Lipsius

Il-bini Justus Lipsius ilu s-sede tal-Kunsill tal-UE u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill sa mill-1995. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Nizza, beda jospita l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew fuq bażi proviżorja. Sa mill-bidu tal-2017, il-Kunsill tal-UE u l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew ġew ittrasferiti għall-bini l-ġdid Europa.

Żjara 360°

Żjara virtwali tal-bini tal-Kunsill

Agħmel żjara virtwali ta' 360° biex tiskopri l-binjiet tal-Kunsill minn kull angolu. Tista' ddur u tidħol f'sebat ikmamar ewlenin tal-Kunsill.

Il-bini Lex

Mill-2007 'l hawn, il-bini Lex huwa d-dar tas-servizz tat-traduzzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Qabel, l-unitajiet kienu bbażati f’għadd ta’ binjiet madwar Brussell. Il-bini Lex jiġbor l-unitajiet lingwistiċi kollha taħt saqaf wieħed u jospita l-unitajiet il-ġodda li żdiedu bit-tkabbir tal-UE.

Il-bini Europa

Il-bini Europa jilqa' fih il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u ta' korpi oħra ta' livell għoli. Dan ilu jopera sa mill-bidu tal-2017.

Binjiet oħra

Ċentru Ewropew għall-Konvenzjonijiet (il-Lussemburgu)

Skont ir-regoli stabbiliti fit-Trattati, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiltaqa' fil-Lussemburgu f'April, f'Ġunju u f'Ottubru. Matul dawn ix-xhur, il-Kunsill jikri ċ-Ċentru Ewropew għall-Konvenzjonijiet mingħand il-gvern Lussemburgiż.

Neder-over-Heembeek

Dan hu l-maħżen ċentrali tas-Segretarjat Ġenerali, li jinsab fit-Tramuntana ta' Brussell. Huwa proprjetà tal-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali jikri superfiċje ta' 4950 m2.

L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024