Dwar il-blog
Il-blog jintuża biex jippubbliċizza l-prodotti biblijografiċi u ta’ riċerka tal-Librerija tal-Kunsill. Jintuża wkoll biex jilħaq udjenza usa’ u jipprovdi informazzjoni u riċerka ġodda jew topiċi relatati mal-politika tal-UE.
Il-fehmiet espressi fil-blog huma l-fehmiet personali tal-awturi tagħhom. Ma jirrappreżentawx neċessarjament il-pożizzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill Ewropew.
Il-blog tagħna fih:
- Rapport dwar attivitajiet: ħarsa ġenerali lejn konferenza li jkun attenda membru tat-tim tal-Librerija.
- Nota tal-Librerija: punt ta’ riflessjoni dokumentat.
- Kotba ġodda: ħarsa ġenerali lejn il-kotba l-aktar reċenti li tkun akkwistat il-Librerija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
- Suġġerimenti għal qari: kitbiet ta' interess.
- Think tank review: għażla ta’ kull xahar ta’ dokumenti relatati mal-UE ppubblikati minn think thanks madwar id-dinja.
- Blogs ta' mistiedna
Qed nippubblikaw ukoll entrati ta’ blog - analiżi ta' kotba - minn bloggers mistiedna.
Tixtieq tibgħat analiżi ta’ ktieb
- Għandu jkun ktieb relatat mal-UE (tista’ tinkiteb bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali u ta’ ħidma).
- Ikkuntattja lit-tim tal-Librerija fuq [email protected], spjega għaliex il-ktieb huwa importanti u għaliex inti kandidat tajjeb biex tikteb l-analiżi.
- Jekk il-proposta tiegħek tiġi aċċettata, l-analiżi tiegħek tiġi ppubblikata fuq il-blog tal-Librerija tal-Kunsill flimkien ma’ profil qasir dwar min int.
Ħtiġijiet għall-analiżi
- irrispettivament mil-lingwa tal-ktieb, l-analiżi trid tkun miktuba bl-Ingliż jew bil-Franċiż.
- irid ikollha madwar 700-1000 kelma.
- trid tkun tikkonsisti f’sommarju tal-punti ewlenin tal-ktieb, evalwazzjoni motivata tal-argumenti/il-metodoloġija tiegħu jew is-sinifikat tiegħu fil-qasam ta' studju rilevanti.
Jekk trid tispira ruħek tista’ tagħti daqqa t’għajn lejn l-analiżijiet tal-kotba fil-blog tagħna. Nistennew bil-ħerqa l-kontribuzzjonijiet tiegħek!
L-aħħar reviżjoni: 22 ta' Jannar 2024