Skip to content

Tkabbir tal-2004: testimonjanzi

Fl-1 ta' Mejju 2004, 10 pajjiżi ġodda ssieħbu fl-UE: iċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja. Isma' direttament minn fomm dawk li raw ħajjithom u pajjiżhom jinbidlu.

Ċekja

Għalija bħala omm, huwa importanti ħafna li nkun naf li wliedi jistgħu jikbru f'pajjiż liberu, li jistgħu jgħidu dak li jaħsbu, li ma għandhomx għalfejn jibżgħu. Valuri bħad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-ugwaljanza huma valuri Ewropej. Jeħtieġ li nibżgħu għalihom.

Kateřina

Estonja

Naturalment, qegħdin fl-UE! Fejn iktar? L-Estonja tiċċelebra 20 sena fl-UE u jien ser nagħlaq 20 sena! Twelidt bħala ċittadin tal-UE. Naturalment, għandna l-libertà, is-sigurtà u d-demokrazija.

Alexander

Ċipru

Jien Ċiprijotta mija fil-mija, iżda nħossni qiegħda f'dari wkoll meta nivvjaġġa lejn Franza, lejn in-Netherlands jew lejn Berlin.

Irena u Vicky

Latvja

Li nkunu fl-UE ppermettielna nippreservaw l-identità, it-tradizzjonijiet, il-kultura u l-lingwa tagħna.

Amanda

Litwanja

F'għajnejn it-tfal tal-lum m'hemmx id-diqa tal-ġenerazzjoni tiegħi. M'hemmx dik il-biża', dik l-oppressjoni. Meta tneħħi l-fruntieri, ikollok aktar ossiġnu. Ikollok aktar libertà!

Agnė

Ungerija

Għalija, li naqsam il-fruntiera għal ġol-Awstrija qisni qsamt it-triq. Għall-ġenituri tiegħi dan kien impossibbli peress li l-Purtiera tal-Ħadid kienet tinsab hawnhekk stess. Meta jgħiduli dwar dak iż-żmien, qisha dinja oħra. Impossibbli nifhimha.

Péter

Malta

Li nkun ċittadin Ewropew tfisser li kelli ċ-ċans immur Erasmus fl-Irlanda u ltqajt ma' studenti minn kull pajjiż ieħor. Ħriġt minn Malta u skoprejt x'inhi Malta!

Nigel

Polonja

Għandi tifkiriet emozzjonali ħafna tal-1 ta' Mejju 2004. Dan ma kienx biss il-qofol ta' proċess, iżda wkoll il-mument li fih żewġ partijiet tal-Ewropa reġgħu ngħaqdu. Kif konna ngħidu fil-familja tiegħi: L-Ewropa tista' terġa' tieħu n-nifs b'żewġ pulmuni.

Maciej

Slovenja

Is-snin disgħin ma kinux sbieħ għar-reġjun tagħna. Meta sseħibna fl-UE, ħallejna l-passat warajna u bdejna vjaġġ ġdid. Li jimpurtani huwa li ngħaqadna ma' familja li tiddefendi l-prinċipju li s-soluzzjonijiet iridu jinstabu madwar mejda.

Urša

Slovakkja

20 sena fl-UE jfissru li nikkollaboraw ma' ċentri ta' riċerka madwar l-Ewropa kollha u ngħaqqdu l-imħuħ tagħna flimkien.

Miša

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Mejju 2024