Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 15 riżultat
Il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa fl-UE
Il-ġlieda kontra l-frodi u l-evitar tat-taxxa hija primarjament ir-responsabbiltà tal-istati membri. Ir-regoli maqbula fil-livell tal-UE jippromwovu l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa u jgħinu lill-pajjiżi jimmaniġġjaw kwistjonijiet transfruntieri sabiex jiżguraw il-funzjonament tas-suq uniku tal-UE.

Xi jfissru t-tariffi tal-UE
L-oġġetti importati lejn l-UE mill-bqija tad-dinja huma soġġetti għal tariffi li jsegwu r-regoli u l-prinċipji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa
Il-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa hija parti mill-ħidma tal-UE fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. Hija magħmula minn pajjiżi li naqsu milli jissodisfaw l-impenji tagħhom li jikkonformaw mal-kriterji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa f'perjodu ta' żmien speċifiku, u pajjiżi li rrifjutaw li jagħmlu dan.

Lesti għall-mira ta' 55%: kif l-UE biħsiebha tirrevedi t-tassazzjoni fuq l-enerġija
L-UE qed taħdem fuq ir-reviżjoni tad-direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija li mistennija taqdi rwol importanti fl-isforzi tal-UE għal futur aktar ekoloġiku.

Kriterji għall-istabbiliment tal-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa
Biex jitqiesu bħala li qed jikkooperaw għal finijiet ta' taxxa, il-ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi jiġu skrinjati fuq għadd ta' kriterji li ġew stabbiliti mill-Kunsill fl-2016. Dawk il-kriterji huma relatati mat-trasparenza fiskali, il-ġustizzja fiskali u l-miżuri kontra l-BEPS.
