Skip to content

Kif il-vaċċini mRNA jipproteġuk kontra l-COVID-19

Kif il-vaċċini li jużaw it-teknoloġija mRNA jipproteġu l-popolazzjoni kontra l-marda tal-COVID-19.

It-teknoloġija mRNA spjegata b'mod sempliċi

Il-vaċċini li jużaw teknoloġija mRNA jipproteġuk kontra l-marda tal-COVID-19 mingħajr ma jesponuk għall-virus

Ma fihomx viruses imdgħajfa jew inattivati. Minflok, fihom tip ta' informazzjoni ġenetika (imsejħa mRNA) bi struzzjonijiet dwar kif għandhom jinħolqu kopji tal-proteina "spika" tal-coronavirus.

Għaliex ġismek għandu joħloq il-proteina spika?

Din hija l-proteina li tippermetti lill-coronavirus jidħol fiċ-ċelloli umani u jimmultiplika ruħu, u b'hekk timrad. Il-vaċċini mRNA jagħtu struzzjonijiet lil ġismek biex joħloq dawn il-proteini sabiex is-sistema immunitarja tiegħek issir familjari magħhom u tkun lesta biex tegħlibhom f'każ li tiġi infettat bil-virus.

Waħedha, il-proteina spika ma tista' toħloqlok ebda ħsara.

X'jiġri f'ġismek meta tieħu vaċċin mRNA

  • wara li tieħu tilqima, ġismek joħloq proteini spiki, fuq struzzjonijiet tal-mRNA tal-vaċċin
  • is-sistema immunitarja tiegħek tidentifika l-proteini estranji u tipproduċi antikorpi u ċelloli immuni biex tattakkahom
  • il-proteini u l-mRNA jinqerdu u jisparixxu minn ġismek fi ftit jiem
  • ġismek tgħallem kif jiġġieled dawn il-proteini jekk jerġa' jiltaqa' magħhom

Kif jirreaġixxi ġismek jekk tkun infettat bil-coronavirus, wara li tkun imlaqqam

  • is-sistema immunitarja tiegħek tidentifika l-proteini spiki tal-coronavirus
  • ġismek diġà jaf kif għandu jiġġieled il-proteini u jattakkahom
  • b'hekk int ma timradx

Il-vaċċini mRNA wrew rata għolja ħafna ta' effikaċja ta' 95 %