Il-firem elettroniċi jsiru prattika ta’ kuljum
Il-firma bil-pinna fuq karta qorbot li ssir diġitali fl-Unjoni Ewropea kollha. Għaliex?
- 80% taċ-ċittadini tal-UE jużaw l-internet
- firma elettronika diġitali hija valida daqs firma bl-idejn
- firem elettroniċi huma element importanti tal-istrateġija għal suq uniku diġitali tal-UE
Benefiċċji
- tiffranka l-ħin
- tiffranka l-flus
- tipproteġi l-ambjent;
- ittejjeb il-produttività
Sigurtà
- tgħin sabiex tiġi verifikata l-awtentiċità
- tipproteġi kontra serq jew frodi tal-identità
- telimina r-riskju ta' telf jew distruzzjoni
- torbot legalment
Fatti Essenzjali
Bl-użu sħiħ tal-firem elettroniċi madwar l-UE:
- Din tiffranka sa 2% tal-PDG tal-UE kull sena (2% huwa ugwali għall-miri tal-infieq fuq id-difiza)
- jelimina l-użu ta' mazz karti għoli daqs it-Torri Eiffel kull ġimgħa f'pajjiż bħall-Estonja
Qed noqorbu lejn firxa usa' ta' firem diġitali:
- 3 minn 5 servizzi pubbliċi fl-UE jużaw l-e-ID
- 37% tas-sistemi nazzjonali ta' e-ID jaħdmu fuq il-mowbajl
- 54% huma bbażati fuq smartcards
- 24 pajjiż fl-UE għandhom l-e-IDs
Sorsi: presidenza Estonjana, Kummissjoni Ewropea