"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Suq uniku

Skopri l-benefiċċji tas-suq uniku tal-UE u kif dan jiffaċilita l-ħajja ta' kuljum, jistimula t-tkabbir u jagħti spinta lill-innovazzjoni.

Stabbilit fl-1993, jiggarantixxi li l-merkanzija, is-servizzi, il-persuni u l-kapital ikunu jistgħu jiċċaqalqu liberament fit-territorju kollu tal-UE: l-"erba' libertajiet".

Is-suq uniku huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-UE.

Mappa tal-UE bi stampi ta' trakkijiet, flus, nies u network tal-elettriku.

Is-suq uniku tal-UE f'ċifri

Benefiċċji tas-suq uniku

Tgħix, tivvjaġġa, taħdem u tirtira madwar l-UE.

Standards għoljin għal prodotti u servizzi aktar sikuri.

Aktar għażla u prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi.

Opportunitajiet ġodda ta' negozju ġewwa u barra l-UE.

Is-suq uniku jagħmel in-negozji u l-ħajja taċ-ċittadini ħafna aktar faċli, filwaqt li huwa mutur tal-kompetittività u t-tkabbir tal-UE.

Suq uniku reżiljenti għall-futur

Quddiem realtà ġeopolitika ġdida u sfidi dejjem aktar kumplessi, l-UE qed taħdem biex tkompli tlesti u ssaħħah is-suq uniku tagħha.

F'Marzu 2026, il-mexxejja tal-UE nedew aġenda "Ewropa Waħda, Suq Wieħed", li tinkludi gwida strateġika, miżuri speċifiċi konkreti u skadenzi ambizzjużi għall-prevenzjoni u t-tneħħija tal-ostakli għall-erba' libertajiet tas-suq uniku.

Mappa tal-UE b'network ta' linji vjola bit-tikek.

L-UE qed taħdem ukoll biex tagħti spinta lill-awtonomija strateġika tagħha biex tiżgura l-ktajjen tal-provvista u tnaqqas id-dipendenzi esterni fuq, pereżempju, il-materja prima kritika, u biex issaħħaħ ir-reżiljenza tagħha biex tantiċipa, tħejji u twieġeb aħjar għall-impatt ta' kriżijiet futuri.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Xjenzati lebsin ġagagi tal-laboratorju jiddiskutu waqt li programmatur fuq laptop jinteraġixxi ma' ikoni li jirrappreżentaw l-intelliġenza artifiċjali, il-moħħ, u t-traduzzjoni tal-lingwa.

Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

Mara bilqiegħda bil-laptop tagħha f'bozza illustrata.

Appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)

Id iżżomm ħajta blu li taqleb minn għoqda mħabbla għal linja dritta, li tissimbolizza s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE biex tissaħħaħ il-kompetittività. L-isfond fih dokumenti mxerrda.

Simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Awwissu 2026