Skip to content
  • Laqgħat ministerjali internazzjonali

Il-21 laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan, 14 ta' Ottubru 2024

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni ddiskuta s-sitwazzjoni preżenti u l-passi li jmiss tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan.

Imbagħad kellu skambju ta' fehmiet dwar kwistjonijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali u l-kooperazzjoni (inkluż ir-riformi interni, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, l-isforzi biex tiġi indirizzata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, il-faċilità ta' kooperazzjoni, il-materja prima kritika u l-konnettività sostenibbli).

Id-delegazzjonijiet ittrattaw ukoll l-iżviluppi u l-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali, l-Inizjattivi tat-Tim Ewropa tal-Global Gateway u s-sigurtà.

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni kien ippresedut minn Péter Szijjártó, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija, f'isem ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fil-kariga tiegħu bħala President tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE. Id-delegazzjoni tal-Każakistan kienet immexxija minn Murat Nurtleu, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Każakistan.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Laqgħat ministerjali internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025