Skip to content
  • Laqgħat ministerjali internazzjonali

Kunsill taż-Żona Ekonomika Ewropea, 25 ta' Novembru 2024

Riżultati ewlenin

Id-59 laqgħa tal-Kunsill taż-Żona Ekonomika Ewropea ("ŻEE") saret fi Brussell fil-25 ta' Novembru 2024.

Il-Kunsill taż-ŻEE ddiskuta l-funzjonament ġenerali tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar "It-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza tal-Ewropa: ir-rwol tal-kooperazzjoni taż-ŻEE".

Il-Kunsill taż-ŻEE adotta wkoll konklużjonijiet dwar kwistjonijiet marbutin mal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kooperazzjoni bejn l-istati tal-UE u dawk taż-ŻEE-EFTA u kwistjonijiet ta' interess reċiproku.

Il-laqgħa ġiet ippreseduta mis-Sur Espen Barth Eide, Ministru għall-Affarijiet Barranin tan-Norveġja. Attendew għaliha:

  • is-Sur Péter Sztáray, Segretarju tal-Istat għall-Politika dwar is-Sigurtà u s-Sigurtà tal-Enerġija, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija, li kien qed jirrappreżenta l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,
  • is-Sa Dominique Hasler, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Liechtenstein, u
  • is-Sur Kristján Andri Stefánsson, Kap tal-Missjoni tal-Iżlanda għall-UE,

kif ukoll il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Šefčovič u rappreżentanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Djalogu politiku

Il-laqgħa tal-Kunsill taż-ŻEE ġiet segwita minn djalogu politiku informali mal-istati taż-ŻEE-EFTA. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-Ukrajna/ir-Russja, l-Artiku u l-Lvant Nofsani.

stampa tal-Kunsill taż-ŻEE
Ritratt tal-grupp tal-Kunsill taż-ŻEE

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Laqgħat ministerjali internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Mejju 2025