- Laqgħat ministerjali internazzjonali
Kunsill taż-Żona Ekonomika Ewropea, 21 ta' Mejju 2025
Riżultati ewlenin
Is-60 laqgħa tal-Kunsill taż-Żona Ekonomika Ewropea ("ŻEE") saret Brussell fil-21 ta' Mejju 2025.
Il-Kunsill taż-ŻEE ddiskuta l-funzjonament ġenerali tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE) u kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar "Is-Sigurtà Ekonomika u ż-Żona Ekonomika Ewropea".
Il-Kunsill taż-ŻEE adotta wkoll konklużjonijiet dwar kwistjonijiet marbutin mal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kooperazzjoni bejn l-istati tal-UE u dawk taż-ŻEE-EFTA u kwistjonijiet ta' interess reċiproku.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-laqgħa kienet ippreseduta mis-Sur Michał Baranowski, Sottosegretarju tal-Istat, Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku u t-Teknoloġija tal-Polonja, li jirrappreżenta l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE. Il-laqgħa kienet kopreseduta mis-Sa Sabine Monauni, Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Ambjent u l-Kultura tal-Liechtenstein.
Attendew għaliha:
- Is-Sa Þorgerður Katrín Gunnarsdóttir, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iżlanda,
- u s-Sur Espen Barth Eide, Ministru għall-Affarijiet Barranin tan-Norveġja, kif ukoll il-Kummissarju Maroš Šefčovič u rappreżentanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Id-djalogu politiku
Il-laqgħa tal-Kunsill taż-ŻEE ġiet segwita minn djalogu politiku informali mal-istati taż-ŻEE-EFTA. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, l-Ukrajna/ir-Russja, l-Artiku u l-Lvant Nofsani.
F'din l-okkażjoni, ġiet iffirmata Dikjarazzjoni Konġunta dwar "It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-politika estera u ta' sigurtà taż-ŻEE" mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, is-Sa Kaja Kallas u l-Ministri tal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Laqgħat ministerjali internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Mejju 2026