Skip to content
  • Laqgħat ministerjali internazzjonali

Ir-Raba' Konferenza mal-Albanija dwar l-Adeżjoni, 14 ta' April 2025

Riżultati ewlenin

Ir-raba' laqgħa fil-livell ministerjali tal-Konferenza mal-Albanija dwar l-Adeżjoni saret illum fil-Lussemburgu.

Il-laqgħa serviet biex jinfetħu n-negozjati mal-Albanija dwar il-Ġabra 2 "Suq intern", inkluż il-kapitoli ta' negozjar li ġejjin:

  • Kapitolu 1 - Il-moviment liberu tal-merkanzija,
  • Kapitolu 2 - Il-moviment liberu tal-ħaddiema,
  • Kapitolu 3 - Id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi,
  • Kapitolu 4 - Il-moviment liberu tal-kapital,
  • Kapitolu 6 - Id-dritt tal-kumpaniji,
  • Kapitolu 7 - Id-dritt tal-proprjetà intellettwali,
  • Kapitolu 8 – Il-politika dwar il-kompetizzjoni,
  • Kapitolu 9 – Is-servizzi finanzjarji, u
  • Kapitolu 28 – Il-protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa

Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea kienet immexxija mis-Sur Radosław Sikorski, Ministru għall-Affarijiet Barranin, f'isem il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissarju għat-Tkabbir Marta Kos. Id-delegazzjoni Albaniża tmexxiet mis-Sur Edi Rama, Prim Ministru tal-Albanija.

<p>Radosław Sikorski, Ministru għall-Affarijiet Barranin, f'isem il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</p>

Illum, iltqajna għall-ewwel Konferenza Intergovernattiva taħt il-presidenza Pollakka ma' wieħed mill-pajjiżi kandidati. It-tkabbir tal-UE jibqa' fil-qalba tal-prijoritajiet tagħna. Dan il-progress tanġibbli jirrifletti l-impenn qawwi tagħna għas-sħab tagħna fil-Balkani tal-Punent, reġjun li huwa importanti ferm għall-istabbiltà u s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea.

<p>Radosław Sikorski, Ministru għall-Affarijiet Barranin, f'isem il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</p>

Radosław Sikorski, Ministru għall-Affarijiet Barranin, f'isem il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Laqgħat ministerjali internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' April 2025