"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Ċentru stampa

Iċ-ċentru stampa tal-Kunsill jospita sessjonijiet ta' tagħrif għall-istampa u konferenzi stampa u jipprovdi faċilitajiet ta' ħidma għall-ġurnalisti.

Min jista' jaċċessa ċ-ċentru stampa?

Il-ġurnalisti b'akkreditazzjoni tal-media jistgħu jaċċessaw iċ-ċentru stampa.

Iċ-ċentru stampa huwa miftuħ ukoll għall-individwi li ġejjin:

  • delegazzjonijiet mill-istati membri u l-pajjiżi kandidati
  • professjonisti, diplomatiċi u viżitaturi oħra taħt ċerti kundizzjonijiet, skont l-avvenimenti fiċ-ċentru stampa

Ikkuntattjana

Jekk għandek mistoqsijiet dwar iċ-ċentru stampa, ikkuntattja lit-tim tagħna:

Kuntatt

Fejn jinsab iċ-ċentru stampa?

Iċ-ċentru stampa ewlieni jinsab fi Brussell fil-kwartieri ġenerali tal-Kunsill. L-indirizz huwa:

Rue de la Loi/Wetstraat 175

B-1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Faċilitajiet simili għall-istampa huma disponibbli fil-Lussemburgu fejn il-Kunsill jiltaqa' f'April, Ġunju u Ottubru. Iċ-ċentru stampa jinsab fiċ-Ċentru Ewropew għall-Konvenzjonijiet fil-Lussemburgu.

Id-daħla għall-istampa tinsab fl-indirizz li ġej:

rue Fort Thüngen

1499 Luxembourg.

Sala stampa fiċ-ċentru stampa.
Sala stampa fiċ-ċentru stampa.

X'inhuma l-ħinijiet ta' ftuħ taċ-ċentru stampa?

Iċ-ċentru stampa huwa miftuħ kull jum tax-xogħol mis-7:30 sas-19:00. Il-ħinijiet ta' ftuħ huma estiżi f'każ ta' laqgħa tal-Kunsill jew avvenimenti oħra fit-tard.

Iċ-ċentru stampa fil-Lussemburgu ser ikun miftuħ fil-jiem tal-laqgħat tal-Kunsill, b'ħinijiet tal-ftuħ skont l-iskeda tal-laqgħat.

Faċilitajiet

Il-ġurnalisti jistgħu jużaw:

  • studjo tat-TV (magħluq temporanjament għal xogħlijiet ta' rinnovazzjoni)
  • kabini għall-editjar
  • skrivaniji b'internet broadband
  • konnessjoni WiFi
  • telefon
  • fotokopjaturi
  • CCTV
  • armadji li jissakkru

Għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew jingħataw aktar faċilitajiet, b'aktar minn 1000 spazju tax-xogħol disponibbli.

Nista' nirriżerva spazju fiċ-ċentru stampa?

Matul is-summits tal-UE u avvenimenti oħra ta' livell għoli, tista' tirriżerva post tax-xogħol minn qabel billi tiġi fil-bini tal-Kunsill. Ikollok tikteb ismek u l-isem tal-media tiegħek fuq biċċa karta li tiġi mwaħħla mal-postijiet tax-xogħol magħżula.

Iċ-ċentru stampa ma jimmaniġġax ir-riżervazzjoni tal-ispazji tax-xogħol għall-ġurnalisti. Ikollok tiġi fuq il-post.

Ladarba jkunu bdew il-proċedimenti tal-avveniment, kwalunkwe post riżervat li jkun għadu mhux okkupat ser ikun liberament aċċessibbli.

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' April 2026