- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 1 ta' Ottubru 2015 13:00
Il-Burundi: l-UE tadotta sanzjonijiet kontra 4 persuni
Il-Kunsill adotta restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi kontra erba’ persuni li l-attivitajiet tagħhom jipperikolaw id-demokrazija jew jostakolaw it-tiftix ta’ soluzzjoni politika għall-kriżi attwali fil-Burundi, b’mod partikolari permezz ta’ atti ta' vjolenza, ta' repressjoni jew ta' inċitament għall-vjolenza, inkluż b'atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
L-UE appellat ripetutament lill-partijiet kollha involuti biex iżommu lura minn kull vjolenza u biex jikkundannawha. Hemm nuqqas ta’ progress fit-tfittxija għal soluzzjoni politika għall-kriżi fil-Burundi u r-riskju li tiżdied il-vjolenza. Din hija r-raġuni għaliex il-Kunsill qies li huwa xieraq li jiġu imposti miżuri restrittivi individwali.
L-atti legali, li jinkludu d-dettalji tal-persuni milquta mir-restrizzjonijiet, huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE tat-2 ta’ Ottubru 2015.
Dawn il-miżuri jagħmlu parti mill-azzjoni tal-UE b’appoġġ għall-isforzi tal-komunità internazzjonali, b'mod partikolari dawk tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant u tal-Unjoni Afrikana, biex tintlaħaq soluzzjoni politika dejjiema permezz ta’ djalogu bejn il-Burundjani. Dan l-approċċ iqis ukoll l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ Cotonou rigward ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-valuri demokratiċi u l-istat tad-dritt, u f’dan il-kuntest il-possibbiltà li jinbdew il-proċeduri ta’ konsultazzjoni previsti fil-Ftehim, inkluż fl-Artikolu 96.
- Stqarrija tat-28 ta' Awwissu 2015 tal-Grupp ta' Mibgħuta Speċjali għal-Lagi l-Kbar dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi
- Declaration by High Representative Federica Mogherini on behalf of the European Union following the presidential election in Burundi, 23 July 2015
- Council conclusions on Burundi, 22 June 2015
- Adozzjoni ta' miżuri ristrettivi tal-UE - 'sanzjonijiet'
- Council Decision concerning restrictive measures in view of the situation in Burundi (1 October 2015)
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024