"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 01/10/2015, 1 ta' Ottubru 2015

Riżultati ewlenin

Il-Ministri ddiskutew kwistjonijiet mikroekonomiċi urġenti u ddibattew dwar kif jinkiseb l-ikbar valur miżjud Ewropew billi jkun żgurat li r-regolamentazzjoni tal-UE tgħin biex jitneħħew l-ostakoli għas-Suq Uniku. Waqt ikla ta' ħidma informali, il-Ministri ddiskutew ir-riforma tal-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet u l-ġrajjiet reċenti li jikkonċernaw il-kontrolli tal-emissjonijiet fis-settur tal-karozzi.

"Eżami" tal-kompetittività

Il-Presidenza Lussemburgiża varat metodu ġdid ta’ ħidma - l-“Eżami tal-kompetittività” - maħsub biex jindirizza kwistjonijiet importanti li jaffettwaw l-ekonomija reali. Id-diskussjonijiet iffokaw b’mod partikolari fuq il-ħtieġa għal regoli aktar ċari u aktar konsistenti fil-livell tal-UE biex tingħata spinta lill-attività kummerċjali.

Illum bdejna metodu ta’ ħidma innovattiv li jeżamina l-impatt konkret tad-deċiżjonijiet politiċi fuq l-ekonomija reali u b’hekk fuq il-ħajja ta’ kull negozju u kull ċittadin.” Etienne Schneider, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tal-Lussemburgu.

Matul l-“eżami” l-Ministri ddiskutew kif l-aħjar tinkiseb l-assimilazzjoni tal-kompetittività, bil-għan li jkun aċċertat li l-impatt tal-miżuri ġodda kif ukoll ta' dawk eżistenti fuq l-ekonomija reali jiġu kkunsidrati sistematikament. Bħala eżempju konkret ta’ “assimilazzjoni”, il-Ministri kellhom skambju informali ta’ fehmiet dwar ir-riforma tas-Sistema Ewropea għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EU ETS) u l-impatt possibbli tagħha fuq il-kompetittività. “Ir-riforma tal-ETS hija xempju ta’ inizjattiva fejn jeħtieġ jinstab bilanċ tajjeb bejn il-ħtieġa, fuq naħa waħda, li jitwaqqaf it-tibdil fil-klima u, fuq in-naħa l-oħra, li tinżamm il-kompetittività tal-industrija tal-UE. Għandna bżonn noħolqu iktar inċentivi biex nippremjaw lil min irendi l-aħjar u nħeġġu l-investiment fl-aktar soluzzjonijiet ekoloġiċi u innovattivi”, stqarr Etienne Schneider wara l-laqgħa.  

L-industrija tal-karozzi

Waqt l-ikel, il-Ministri indirizzaw ukoll l-iżviluppi reċenti fis-settur tal-karozzi fir-rigward tal-kontrolli tal-emissjonijiet mill-karozzi li jniġġsu l-arja. Il-Kunsill ħa nota ta’ azzjoni mħabbra mill-Kummissjoni Ewropea biex jissaħħu l-kontrolli ta’ emissjonijiet mill-karozzi u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Gvern Ġermaniż dwar il-passi meħuda biex jinvestiga l-avvenimenti reċenti ta’ Volkswagen.

“Għandna bżonn inserrħu l-imħuħ tas-swieq u nuru li qed nieħdu l-passi meħtieġa biex jerġa' jkun hemm il-fiduċja. Ninsab ottimist wara li smajt l-ispjegazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-kollegi madwar il-mejda, b’mod partikolari l-kollega Ġermaniż. Ħassejt li hemm rieda qawwija fost il-kollegi li nieħdu azzjoni u nitkellmu b'vuċi waħda.", qal Etienne Scheider wara l-laqgħa. 

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025