- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 29 ta' Marzu 2017 11:45
Aktar solidarjetà mar-reġjuni milquta minn diżastri naturali
Fid-29 ta' Marzu 2017, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill appoġġa proposta biex jiżdied l-appoġġ tal-UE lil reġjuni affettwati minn terremoti, għargħar, nixfa u diżastri naturali oħra. Is-sehem tal-UE fl-ispejjeż tar-rikostruzzjoni jiżdied sa 90%. Dan ser ikun kważi d-doppju tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għal xi reġjuni mil-livell attwali ta' 50%. Permezz tad-deċiżjoni tal-lum il-Presidenza Maltija tkun tista' tibda negozjati mal-Parlament Ewropew.
"Kull min ra b'għajnejh l-effetti ta' diżastru naturali jaf x'impatt devastanti jista' jkollu fuq il-ħajja tan-nies. Filwaqt li ma nistgħux nevitaw diżastri naturali, nistgħu noffru appoġġ lir-reġjuni affettwati u ngħinuhom f'dan il-kompitu ta' rikostruzzjoni. Din hija r-raġuni għalfejn ħadna din id-deċiżjoni llum".
Ian Borg, segretarju parlamentari għall-fondi tal-UE ta' Malta u President tal-Kunsill
Iż-żieda tar-rata ta' finanzjament tal-UE ser tapplika għal pagamenti mill-fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR). Il-volum totali tal-parti tal-FEŻR iffinanzjata mill-UE ta' madwar €196.4 biljun għall-perjodu 2014-2020 ser tibqa' l-istess.
Iż-żieda tar-rata ta' finanzjament tal-UE mill-FEŻR tikkomplementa l-għajnuna finanzjarja li l-UE diġà qed tipprovdi permezz tal-fond ta' solidarjetà tagħha. Il-fond ta' solidarjetà jista' jiġi mobilizzat għal ammont ta' mhux aktar minn €500.0 miljun kull sena biex jgħin lil stati membri jlaħħqu mad-diżastri naturali.
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
- @dimos_mammonas
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024