Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 12 ta' Ottubru 2017 11:05

20 Stat Membru kkonfermaw il-ħolqien ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Fit-12 ta' Ottubru, ir-regolament li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ġie adottat minn dawk l-Istati Membri li huma parti mill-kooperazzjoni msaħħa tal-UPPE. L-UPPE ser ikun responsabbli għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq quddiem il-ġustizzja tal-awturi ta' reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Hu ser jgħaqqad l-isforzi relatati mal-infurzar tal-liġi fuq livell nazzjonali u dawk Ewropej fil-ġlieda kontra l-frodi fil-konfront tal-UE.

"Il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa pass importanti fil-kooperazzjoni tal-ġustizzja Ewropea, li ser jgħin biex jitħarsu l-flus tal-kontribwenti tagħna. Anki meta l-kriminali jaġixxu b'mod transkonfinali, issa nistgħu niżguraw li dawn jitressqu quddiem il-ġustizzja u li l-flus tal-kontribwenti jiġu rkuprati."

Urmas Reinsalu, Ministru Estonjan għall-Ġustizzja

L-uffiċċju ċentrali tal-UPPE ser ikun ibbażat fil-Lussemburgu. Id-data li fiha l-UPPE ser jassumi l-kompiti investigattivi u ta' prosekuzzjoni tiegħu ser tiġi stabbilita mill-Kummissjoni abbażi ta' proposta mill-Kap Prosekutur Ewropew ladarba jkun twaqqaf l-UPPE. Din id-data mhix ser tkun qabel tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament.

S'issa, 20 stat membru ngħaqdu mal-kooperazzjoni msaħħa: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 2 ta' Ottubru 2024