- Kunsill Ewropew
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 21 ta' Frar 2020 20:15
Kummenti mill-President Charles Michel wara l-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew fl-20-21 ta' Frar 2020
F'dawn l-aħħar ġimgħat u dawn l-aħħar jiem, ħdimna ħafna sabiex nippruvaw nilħqu ftehim dwar il-baġit Ewropew li jmiss.
Sfortunatament, illum indunajna li ma kienx possibbli li jintlaħaq ftehim. Indunajna li għandna bżonn aktar żmien. Nafu li dan il-baġit Ewropew huwa suġġett diffiċli ħafna, huma negozjati diffiċli ħafna, speċjalment wara l-Brexit u d-diskrepanza ta' bejn is-60 u l-75 biljun euro.
Aħna ħdimna ħafna biex nippruvaw nirrikonċiljaw il-preokkupazzjonijiet differenti, l-interessi differenti, l-opinjonijiet differenti li hemm fuq il-mejda. Iżda għandna bżonn aktar żmien. Dan ifisser li fil-futur ser naraw kif huwa possibbli li naħdmu fuq dan is-suġġett sabiex nirnexxu, sabiex nilħqu ftehim fil-Kunsill, li jkollna l-unanimità fil-Kunsill.
Nixtieq nirringrazzja lid-delegazzjonijiet kollha u lill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern, li wrew rieda kbira li jippruvaw jaħdmu magħna fil-livell tekniku u politiku. Ċertament, nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Kummissjoni, lil Ursula von der Leyen u lit-tim kollu tagħha għall-appoġġ kollu tagħhom matul dawn l-aħħar ġimgħat u jiem.
Ċertament, aħna nibqgħu impenjati u determinati ħafna. Nafu li l-proġett Ewropew huwa wieħed li jeħtieġ sforz u tenaċità, perseveranza u determinazzjoni. Dan huwa l-ispirtu li jgħix fina, li jmexxina. Ninsabu konxji ħafna tan-natura tar-restrizzjonijiet u l-isfidi li qed niffaċċjaw. Nafu li hemm ħafna kwistjonijiet fuq il-mejda tal-istituzzjonijiet Ewropej, u l-laqgħa li saret 'il bieraħ, il-lejl li għadda u llum kienet waħda li minnha nistgħu nitgħallmu wkoll f'termini ta' kif nistgħu nippruvaw immexxu 'l quddiem dan il-proġett Ewropew fil-futur.
Kuntatti għall-istampa
-
Beatriz Navarro Deputy spokesperson for the European Council President
- +32 471 33 22 92
- +32 2 281 51 50
- @beanavarro
- @beanavarro.bsky.social
-
Maria Tomasik Spokesperson for the European Council President
- +32 470 88 23 83
- +32 2 281 51 50
- @maria_tomasik
- @mariatomasik.bsky.social
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 7 ta' April 2025