Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 6 ta' Novembru 2020 13:05

Estiż b'sena r-reġim ta' sanzjonijiet kontra attivitajiet ta' tħaffir illegali fil-Lvant tal-Mediterran

Illum il-Kunsill adotta deċiżjoni li testendi b'sena, sat-12 ta' Novembru 2021, il-qafas eżistenti għal miżuri restrittivi b'reazzjoni għall-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzati tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran.

B'hekk l-Unjoni Ewropea ser tkun tista' tibqa' timponi miżuri restrittivi mmirati fuq persuni jew entitajiet involuti f'attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzati ta' idrokarburi fil-Lvant tal-Mediterran jew li huma responsabbli għalihom.

Is-sanzjonijiet jikkonsistu minn projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar lejn l-UE u ffriżar tal-assi għal persuni, u ffriżar tal-assi għal entitajiet. Barra minn hekk, persuni u entitajiet mill-UE huma pprojbiti milli jagħmlu disponibbli fondi lil dawk elenkati.

Bħalissa żewġ individwi huma soġġetti għal sanzjonijiet.

Informazzjoni ġenerali

Ir-reġim ta' sanzjonijiet kontra attivitajiet ta' tħaffir illegali fil-Lvant tal-Mediterran hija segwitu dirett għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ottubru 2019, li ġew approvati mill-Kunsill Ewropew fis-17 u t-18 ta' Ottubru 2019, meta l-UE affermat mill-ġdid is-solidarjetà sħiħa tagħha ma' Ċipru, rigward ir-rispett tas-sovranità u d-drittijiet sovrani tiegħu skont id-dritt internazzjonali u stiednet lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex iressqu proposti għal qafas għal miżuri restrittivi.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024