Skip to content
  • Kunsill Ewropew
  • Stqarrija għall-istampa
  • 4 ta' Diċembru 2020 09:00

Nimxu 'l quddiem b'kunfidenza - L'Europe en confiance

Sena wara li ħa l-kariga, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel jevalwa l-2020 u jistenna b'interess l-isfidi futuri f'''Nimxu 'l quddiem b'kunfidenza'', ġabra tad-diskorsi tiegħu.

Il-President Michel ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-predeċessur tiegħu Donald Tusk meta għaddielu l-qanpiena tal-Kunsill Ewropew: ''Uża l-kapaċitajiet kollha tiegħek biex tippreserva l-unità tal-Unjoni Ewropea''.

''L-esperjenza tikkonferma l-konvinzjoni tiegħi: l-unità, li sibnieha f'ħafna temi diffiċli, hija r-riżultat ta' djalogu mħejji b'mod metikoluż ibbażat fuq il-fiduċja u r-rispett għall-fehmiet ta' kulħadd.'' Il-President Charles Michel

Permezz ta' għażla ta' diskorsi, ''Nimxu 'l quddiem b'kunfidenza'' tenfasizza tmien mumenti importanti u tispjega d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-ewwel sena tal-mandat tal-President Michel.

Ħares lura lejn l-istampi li sawru l-ewwel sena fil-kariga tal-President Michel:

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024