Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 3 ta' Ġunju 2021 18:10

Kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO: is-sitt rapport ta' progress

Illum il-Kunsill ħa nota tas-sitt rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tas-sett komuni ta' proposti approvati mill-Kunsilli tal-UE u tan-NATO fis-6 ta' Diċembru 2016 u l-5 ta' Diċembru 2017.

Ir-rapport jelabora dwar il-progress miksub bejn Ġunju 2020 u Mejju 2021 billi juri riżultati tanġibbli fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni. Huwa jissottolinja li s-sħubija li ilha teżisti bejn l-UE u n-NATO għamlet progress bla preċedent matul dawn l-aħħar ħames snin, fejn uriet u saħħet is-solidità tar-rabta transatlantika, u kompliet tikkonsolida s-sħubija strateġika tagħha li ssaħħaħ liż-żewġ naħat għall-benefiċċju tal-alleati kollha tan-NATO u l-istati membri tal-UE.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024