Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 19 ta' Marzu 2025 11:40

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

Fit-18 ta' Frar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/3351.

Il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sal-20 ta' Frar 2026 u li l-entità li fadal għandha titħassar mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, u b'hekk ma titħalla l-ebda persuna jew entità soġġetta għal miżuri restrittivi.

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, in-Norveġja, ir-Repubblika tal-Moldova, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1 ĠU L, 2025/335, 18.02.2025ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/335/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 19 ta' Marzu 2025