- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 10 ta' Mejju 2025 00:05
Ukrajna/Russja: Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-appell għal waqfien mill-ġlied
L-UE tibqa' soda fl-impenn tagħha għal paċi komprensiva, ġusta u dejjiema fl-Ukrajna, ibbażata fuq il-prinċipji tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali u tilqa' l-isforzi kollha biex tinkiseb din il-paċi.
Ningħaqdu mal-Ukrajna u mas-sħab internazzjonali, inkluż l-Istati Uniti, fl-appell għal waqfien mill-ġlied sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet ta' mill-inqas 30 jum. Din il-pawża fl-ostilitajiet tista' sservi bħala pass vitali lejn it-tnaqqis tat-tbatija ċivili u tippermetti spazju għal taħditiet sinifikattivi għal paċi ġenwina mmirata lejn it-tmiem tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja u r-restawr ta' paċi komprensiva, ġusta u dejjiema.
Bħalma ġara fil-passat, issa huwa f'idejn ir-Russja li turi r-rieda tagħha li tikseb il-paċi.
Din id-dikjarazzjoni kienet appoġġata minn parteċipanti oħra mhux tal-UE fil-laqgħa informali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE f'Lviv fid-9 ta' Mejju: Il-Moldova, il-Maċedonja ta' Fuq, in-Norveġja, l-Ukrajna u r-Renju Unit.
L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, in-Norveġja, ir-Repubblika tal-Moldova, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Anitta Hipper Lead Spokesperson
- +32 2 29 85691
- +32 460 76 14 21
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Ġunju 2025