- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 24 ta' Ġunju 2025 08:40
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Gwatemala
Fit-12 ta' Ġunju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/11991.
Fid-dawl ta' azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-trasferiment paċifiku tal-poter fil-Gwatemala, inkluż permezz tal-istrumentalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja biex jitqiegħdu fil-mira uffiċjali eletti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, mexxejja indiġeni u operaturi ġudizzjarji indipendenti, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1199 iżżid tliet persuni u entità waħda mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni taġġorna wkoll l-entrati għal ħames persuni.
L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, (ir-Repubblika ta)l-Moldova, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota u tilqa' dan l-impenn b'sodisfazzjon.
1ĠU L, 2025/1199, 12.06.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1199/oj.
Kuntatti għall-istampa
-
Anouar El Anouni Spokesperson
- +32 2 291 35 80
- +32 229-13580
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Settembru 2025