- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 25 ta' Lulju 2025 16:06
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova
Fil-15 ta' Lulju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/14351.
Dik id-Deċiżjoni żiedet seba' persuni u tliet entitajiet mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/891.
L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Moldova (Repubblika tal-), il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tkun konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota u tilqa' dan l-impenn.
1ĠU L, 2025/1435, 15.07.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1435/oj.
Kuntatti għall-istampa
-
Anitta Hipper Lead Spokesperson
- +32 2 29 85691
- +32 460 76 14 21
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Novembru 2025