- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 8 ta' Awwissu 2025 11:34
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi b'rabta ma' miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Fid-29 ta' Lulju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/17051.
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tħassar l-entrata għal persuna waħda u żżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet l-oħra kollha msemmija fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.
L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova (Repubblika tal-), il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politika nazzjonali tagħhom tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.
1ĠU L, 2025/1705, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1705/oj
Kuntatti għall-istampa
-
Anouar El Anouni Spokesperson
- +32 2 291 35 80
- +32 229-13580
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Ottubru 2025