- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 22 ta' Diċembru 2025 10:52
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
Fl-1 ta' Diċembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/24361.
Il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi b'sena, sal-14 ta' Diċembru 2026, u emenda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u l-informazzjoni għall-persuni inklużi fil-listi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi, kif jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775.
L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Moldova (ir-Repubblika ta'), il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.
1 ĠU L, 2025/2436, 02.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2436/oj.
Kuntatti għall-istampa
-
Anouar El Anouni Spokesperson
- +32 2 291 35 80
- +32 229-13580
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Jannar 2026