Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 30 ta' Diċembru 2025 22:55

Iran: Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-arrest u d-detenzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

L-Unjoni Ewropea tesprimi tħassib serju dwar l-użu mifrux ta' detenzjoni arbitrarja mill-awtoritajiet Iranjani biex irażżnu l-ilħna kritiċi fil-pajjiż, bi ksur tal-obbligi tal-Iran skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi.

Nappellaw lill-awtoritajiet Iranjani jeħilsu lill-individwi kollha detenuti inġustament talli eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda. Dan jinkludi r-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi Narges Mohammadi, li s-saħħa tagħha għadha fraġli, kif ukoll difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem li ġew arrestati fit-12 ta' Diċembru f'Mashhad.

Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem iridu jkunu jistgħu jsemmgħu leħinhom u jwettqu l-ħidma leġittima tagħhom mingħajr ma jirriskjaw il-libertà tagħhom, fl-Iran bħal kullimkien.

L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Moldova (Repubblika tal-), il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2026