"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Drittijiet tal-bniedem

Skopri kif l-UE tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. 

Id-drittijiet tal-bniedem huma universali, inaljenabbli u indiviżibbli. Kull persuna hija intitolata li teżerċita d-drittijiet tal-bniedem tagħha, mingħajr diskriminazzjoni.

Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa wieħed mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u aspett fundamentali tar-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi.

Il-karatteristiċi tal-wiċċ ta' erba' persuni differenti jiffurmaw wiċċ wieħed f'collage.

Id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tar-relazzjonijiet esterni tal-UE

It-Trattati tal-UE jistipulaw li l-azzjoni tal-UE fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien tagħha stess, inkluż id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-punt ta' referenza li jiggwida l-ħidma tal-UE f'dan il-qasam huwa l-pjan ta' azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija.

Protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

L-UE tfittex li tinkorpora d-drittijiet tal-bniedem fl-azzjoni esterna kollha tagħha, inkluż il-kummerċ, il-migrazzjoni u l-politiki ambjentali. Il-ftehimiet kollha ffirmati mill-UE jeħtieġ li jkunu konsistenti mad-drittijiet tal-bniedem.

Il-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem jipprovdu gwida prattika għal dawk li jfasslu l-politika tal-UE, l-istati membri tal-UE u d-delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja. Dawn ikopru diversi oqsma inkluż:

Tortura u trattament ħażin

Il-piena tal-mewt

Libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin

Drittijiet tat-tfal

Tfal f'kunflitti armati

Nondiskriminazzjoni

Protezzjoni ta' persuni LGBTI

Vjolenza kontra n-nisa

Libertà tal-espressjoni

Dritt internazzjonali

Difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

Ilma tax-xorb sikur

Strumenti dwar id-drittijiet tal-bniedem

L-UE tiddisponi minn varjetà wiesgħa ta' strumenti għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Dawn l-istrumenti jinkludu djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' madwar 60 pajjiż mhux tal-UE u raggruppamenti reġjonali, dikjarazzjonijiet u forom oħra ta' involviment f'fora, proġetti u programmi multilaterali, kif ukoll missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali.

Sanzjonijiet kontra l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem

Permezz ta' reġim ta' sanzjonijiet iddedikat, l-UE tista' timponi sanzjonijiet fuq dawk responsabbli għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, jew li huma involuti fihom jew assoċjati magħhom.

Il-qafas japplika, pereżempju, għal persuni responsabbli għal ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, skjavitù, eżekuzzjonijiet jew qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, għajbien infurzat u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji.

Mara qed tgħolli idejha waqt protesta li tissimbolizza l-parteċipazzjoni u s-solidarjetà.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem

Mara tgħolli idha f'ġest ta' emanċipazzjoni, fuq sfond ta' forom ġeometriċi Persjani ta' lwien ħodor.

Sanzjonijiet tal-UE kontra l-Iran

Collage li jinkludi dixx tas-satellita, id mgħollija mdawra bl-istilel tal-bandiera tal-UE u bastiment kbir tal-merkanzija.

Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna: sanzjonijiet tal-UE

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' April 2026