Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
Filtri:
- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
21 ta' Jannar 2025
- Qafas ta' governanza ekonomika: il-Kunsill jistabbilixxi perkorsi ta' nefqa fiskali għal 21 stat membru
Illum il-Kunsill adotta rakkomandazzjonijiet li japprovaw l-ewwel pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju li qatt saru u li jistabbilixxu l-perkorsi tan-nefqa netta għal 21 stat membru.
- Fond għall-irkupru u r-reżiljenza: il-Kunsill japprova l-pjanijiet emendati tal-Greċja, Ċipru u Spanja
Il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni tal-pjanijiet emendati għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Greċja, Ċipru u Spanja.
17 ta' Diċembru 2024
16 ta' Diċembru 2024
12 ta' Diċembru 2024
10 ta' Diċembru 2024
- Fond għall-irkupru u r-reżiljenza: il-Kunsill japprova l-pjanijiet emendati tal-Iżvezja, is-Slovenja, id-Danimarka u l-Belġju
Illum il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni tal-pjanijiet emendati għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Iżvezja, is-Slovenja, id-Danimarka u l-Belġju.
- Tassazzjoni: il-Kunsill jintroduċi ċertifikat elettroniku tal-eżenzjoni mill-VAT
Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar direttiva ġdida li twitti t-triq għall-introduzzjoni ta' ċertifikat tat-taxxa elettroniku għall-eżenzjonijiet mill-VAT.
- Tassazzjoni: il-Kunsill jadotta regoli ġodda għal proċeduri tat-taxxa f'ras il-għajn (FASTER)
Illum il-Kunsill adotta d-direttiva FASTER, li tistabbilixxi proċeduri aktar sikuri u aktar rapidi biex jinkiseb ħelsien minn taxxa doppja. Dan ser jinkoraġġixxi l-investiment transfruntier u jgħin fil-ġlieda kontra l-abbuż tat-taxxa.
4 ta' Diċembru 2024
25 ta' Novembru 2024
19 ta' Novembru 2024
- Klassifikazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG): il-Kunsill japprova regolament ġdid
Illum il-Kunsill adotta regolament ġdid dwar l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG). Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jagħmlu l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni fl-UE aktar konsistenti, trasparenti u komparabbli sabiex tingħata spinta lill-fiduċja tal-investituri fi prodotti finanzjarji sostenibbli.
- Unjoni tas-swieq kapitali: il-Kunsill jadotta regoli mġedda għas-servizzi tal-ikklerjar tal-UE
Illum il-Kunsill adotta regoli ġodda li jirrevedu r-regolament u d-direttiva dwar l-infrastruttura tas-suq Ewropew (EMIR). Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jagħmlu x-xenarju tal-ikklerjar tal-UE aktar attraenti u reżiljenti, jappoġġaw l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja tal-UE.
18 ta' Novembru 2024
- Fond għall-irkupru u r-reżiljenza: il-Kunsill japprova l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza emendat tal-Italja
Illum il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza emendat tal-Italja.
- Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: il-Kunsill jilħaq qbil dwar €116 miljun f'għajnuna għall-Ġermanja u l-Italja f'każ ta' diżastru
Illum il-Kunsill qabel li jimmobilizza €116 miljun f'għajnuna f'każ ta' diżastru mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja u lill-Italja b'rabta mad-diżastri naturali li seħħew fl-2024. L-assistenza ser tiġi mill-baġit tal-UE tal-2024.
16 ta' Novembru 2024
5 ta' Novembru 2024
- Statistika: il-Kunsill jadotta regolament rivedut u japprova konklużjonijiet dwar l-istatistika Ewropea
Illum il-Kunsill adotta bidliet fil-qafas legali tal-UE dwar l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea, li jimmarkaw pass sinifikanti fil-modernizzazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.
- Il-Kunsill jippubblika ċ-ċifri internazzjonali tal-finanzjament għall-klima għall-2023
Fl-2023, l-Unjoni Ewropea u s-27 stat membru tagħha kkontribwew €28.6 biljun f'finanzjament għall-klima minn sorsi pubbliċi u mmobilizzaw ammont addizzjonali ta' €7.2 biljun f'finanzjament privat biex jappoġġaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra u jadattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima.
- Recovery and resilience fund: Council greenlights the Netherlands’ and Czechia’s amended plans
The Council approved the Commission’s positive assessment of the Netherlands’ and Czechia’s amended recovery and resilience plans.
- Tassazzjoni: il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-VAT fil-pakkett tal-era diġitali
Il-Kunsill laħaq qbil dwar miżuri ġodda li jadattaw ir-regoli tal-UE dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-era diġitali.
- Solvenza II u IRRD: il-Kunsill japprova regoli ġodda għas-settur tal-assigurazzjoni
Il-Kunsill adotta bidliet għad-direttiva tal-UE dwar Solvenza II, l-att leġiżlattiv ewlieni tal-UE fil-qasam tal-assigurazzjoni, kif ukoll regoli ġodda dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-assigurazzjoni (IRRD). Il-bidliet għandhom l-għan li jiżguraw li s-settur tal-assigurazzjoni jkun adattat għall-futur u li jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-unjoni tas-swieq kapitali.