"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Dwar il-blog

Il-blog jintuża biex jippubbliċizza l-prodotti biblijografiċi u ta’ riċerka tal-Librerija tal-Kunsill. Jintuża wkoll biex jilħaq udjenza usa’ u jipprovdi informazzjoni u riċerka ġodda jew topiċi relatati mal-politika tal-UE.

Il-fehmiet espressi fil-blog huma l-fehmiet personali tal-awturi tagħhom. Ma jirrappreżentawx neċessarjament il-pożizzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill Ewropew.

Il-blog tagħna fih:

  • Rapport dwar attivitajiet: ħarsa ġenerali lejn konferenza li jkun attenda membru tat-tim tal-Librerija.
  • Nota tal-Librerija: punt ta’ riflessjoni dokumentat.
  • Kotba ġodda: ħarsa ġenerali lejn il-kotba l-aktar reċenti li tkun akkwistat il-Librerija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
  • Suġġerimenti għal qari: kitbiet ta' interess.
  • Think tank review: għażla ta’ kull xahar ta’ dokumenti relatati mal-UE ppubblikati minn think thanks madwar id-dinja.
  • Blogs ta' mistiedna

Qed nippubblikaw ukoll entrati ta’ blog - analiżi ta' kotba - minn bloggers mistiedna.

Tixtieq tibgħat analiżi ta’ ktieb

  1. Għandu jkun ktieb relatat mal-UE (tista’ tinkiteb bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali u ta’ ħidma).
  2. Ikkuntattja lit-tim tal-Librerija fuq [email protected], spjega għaliex il-ktieb huwa importanti u għaliex inti kandidat tajjeb biex tikteb l-analiżi.
  3. Jekk il-proposta tiegħek tiġi aċċettata, l-analiżi tiegħek tiġi ppubblikata fuq il-blog tal-Librerija tal-Kunsill flimkien ma’ profil qasir dwar min int.

Ħtiġijiet għall-analiżi

  • irrispettivament mil-lingwa tal-ktieb, l-analiżi trid tkun miktuba bl-Ingliż jew bil-Franċiż.
  • irid ikollha madwar 700-1000 kelma.
  • trid tkun tikkonsisti f’sommarju tal-punti ewlenin tal-ktieb, evalwazzjoni motivata tal-argumenti/il-metodoloġija tiegħu jew is-sinifikat tiegħu fil-qasam ta' studju rilevanti.

Jekk trid tispira ruħek tista’ tagħti daqqa t’għajn lejn l-analiżijiet tal-kotba fil-blog tagħna. Nistennew bil-ħerqa l-kontribuzzjonijiet tiegħek!

L-aħħar reviżjoni: 22 ta' Jannar 2024