Skip to content

Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija

It-tieni pjan ta’ azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, li jkopri l-perjodu mill-2015 sal-2019, għandu l-għan li jsaħħaħ l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha. Jiffoka b’mod partikolari fuq it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.  Il-prinċipji li jiggwidawh ser ikunu l-iskoperta minn kmieni, il-prevenzjoni u l-medjazzjoni fil-konflitti. Il-ktejjeb fih ukoll daħla mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini, konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni, u l-qafas strateġiku tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. Il-pjan ta’ azzjoni huwa ppubblikat bl-Ingliż u bil-Franċiż. 2015, 52 Paġni, Kotba b'qoxra ratba

L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Jannar 2024