Dokument: FIN-HD-08002

Titlu:
HENKILÖKORTTI _ PERSONKORT _ Kortti nro / Kort nr. A...
Pajjiż ta’ emissjoni:
FIN - Finlandja • SUOMI •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
08002
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
01/01/2020
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Karta tal-identità tas-sensiela A li tinħareġ lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea u persuni intitolati għall-istess trattament. Karti tal-identità tas-sensiela A jinħarġu lid-diplomatiċi u l-uffiċjali konsulari li jaħdmu fir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari akkreditati fil-Finlandja, lill-kapijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jinsabu fil-Finlandja u lil persuni intitolati għall-istess trattament bħad-diplomatiċi, kif ukoll lill-membri tal-familja tagħhom. Il-karta tal-identità hija dokument relatat mar-residenza; mhijiex prova tal-identità tad-detentur. Karta tal-identità maħruġa lil ċittadini ta' Stati Membri tal-UE u tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera tagħti lid-detentur id-dritt li jgħix fil-Finlandja waqt li jaħdem jew bħala membru tal-familja ta' persuna li qed taħdem.
Konfigurazzjoni ġenerali:
kard
Wisa’ (mm):
85
Għoli (mm):
54
Numru ta’ paġni:
Validità
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Valida sa mhux iktar tard mid-data indikata fuq il-karta; il-karta ma tkunx valida jekk ikun intemm l-impjieg fil-Finlandja tad-detentur jew tal-kap tal-familja.
Id-detentur tal-karta jgawdi d-drittijiet kollha mogħtija lid-diplomatiċi fil-Finlandja.
Differenti mid-dokument FIN-HD-08001 peress li dan id-dokument FIN-HD-08002 jinħareġ lil ċittadini tal-UE u persuni intitolati għall-istess trattament. Id-dokument FIN-HD-08001 jinħareġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi. Id-differenza tidher fit-test fuq wara tad-dokument FIN-HD-08001.
Recto - identità
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fil-Finlandja • SUOMI : FINLAND •