Dokument: HRV-BO-04001

Titlu:
OSOBNA ISKAZNICA_IDENTITY CARD
Pajjiż ta’ emissjoni:
HRV - Kroazja • REPUBLIKA HRVATSKA •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
04001
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
02/08/2021
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
Karta tal-identità maħruġ lil ċittadini ta': HRV - Kroazja • REPUBLIKA HRVATSKA •. Dokument tal-ivvjaġġar validu fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi assoċjati ta' Schengen.
Iċ-ċittadini Kroati kollha huma intitolati għal karta tal-identità Kroata. Ċittadini li għalqu t-18-il sena u li l-post ta' residenza ddikjarat tagħhom huwa fir-Repubblika tal-Kroazja jenħtieġ li jiksbu karta tal-identità. Minorenni li għalqu s-16-il sena u li l-post ta' residenza tagħhom huwa fir-Repubblika tal-Kroazja, u li jkunu kisbu permess minn qorti biex jiżżewgu fi proċedimenti mhux kontenzjużi u li żżewġu, ukoll jenħtieġ li jiksbu karta tal-identità. Il-karta tal-identità tista' sservi wkoll bħala dokument tal-ivvjaġġar għal ivvjaġġar lejn pajjiżi li jippermettu dan.
Konfigurazzjoni ġenerali:
kard
Wisa’ (mm):
86
Għoli (mm):
54
Numru ta’ paġni:
Validità
Perijodu ta’ validità massimu:
5 sena (snin)
Età minima għall-finijiet ta’ validità:
0 sena (snin)
Età massima għall-finijiet ta’ validità:
69 sena (snin)
Estensjoni possibbli:
le
Validità
Perijodu ta’ validità massimu:
40 sena (snin)
Età minima għall-finijiet ta’ validità:
70 sena (snin)
Estensjoni possibbli:
le
Validità
Perijodu ta’ validità massimu:
12 xahar (xhur)
Validità – informazzjoni addizzjonali:
Persuni li għalihom temporanjament mhux fiżikament possibbli li tinkiseb kopja stampata tal-karatteristiċi tal-linji ta' wieħed mis-swaba' tagħhom, tinħarġilhom karta tal-identità li hija valida għal 12-il xahar.
Minbarra ċ-ċippa ta' kuntatt, il-karti tal-identità elettroniċi fihom ukoll ċippa mingħajr kuntatt li taħżen data bijometrika (l-immaġni tal-wiċċ tad-detentur, żewġ marki tas-swaba, u data teknika oħra).
Recto - identità
Verso
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fil-Kroazja • REPUBLIKA HRVATSKA •