"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Żjarat ta' gruppi fil-Kunsill

Norganizzaw żjarat għal gruppi ta' mill-inqas 20 parteċipant b'kull waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Dawn huma bla ħlas u adatti għal kull persuna ta' aktar minn15-il sena. Iż-żjarat ta' gruppi jdumu bejn siegħa u sagħtejn, skont il-programm.

Iż-żjarat ta' gruppi għandhom jintalbu mill-inqas 3 xhur qabel.

Kif tirriżerva żjara ta' grupp

Ladarba nirċievu t-talba tiegħek, nikkuntattjawk biex nikkonfermawlek iż-żjara.

Il-talba għandha ssir minn:

  • il-kap tal-grupp
  • rappreżentant tal-istabbiliment edukattiv jew tal-korp studentesk li jeħtieġ ukoll jakkumpanja lill-grupp matul iż-żjara

Peress li ż-żjarat ta' gruppi huma popolari ħafna, ma nistgħux niggarantixxu li t-talba tiegħek tista' tintlaqa'.

Għal raġunijiet ta' organizzazzjoni, nirriżervaw id-dritt li ngħaqqdu żewġ gruppi kompatibbli flimkien.

X'inhuma l-għażliet għal żjarat ta' gruppi?

Għal gruppi, noffru firxa ta' għażliet:

  • sessjonijiet ta' informazzjoni
  • żjarat fuq il-post fil-binjiet tal-Kunsill
  • żjara fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi

Sessjonijiet ta' informazzjoni

L-esperti tagħna li jaħdmu fil-Kunsill jipprovdu tagħrif dwar l-esperjenza tax-xogħol tagħhom f'dar l-istati membri. Is-sessjonijiet ta' informazzjoni huma interattivi u l-viżitaturi huma mħeġġa jagħmlu mistoqsijiet.

Is-sessjonijiet ta' informazzjoni jistgħu jkunu:

  • introduzzjoni ġenerali għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
  • jew dwar suġġett aktar speċifiku

Żjarat fuq il-post fil-binjiet tal-Kunsill

Norganizzaw laqgħat fil-binjiet tal-Kunsill fejn jiltaqgħu l-mexxejja u l-ministri tal-UE.

Peress li l-Kunsill huwa post tax-xogħol, ċerti żoni jew binjiet jistgħu xi kultant jingħalqu għall-pubbliku mingħajr avviż. Ebda rotta ma hija garantita, u għal gruppi kbar jista' jkun hemm xi limitazzjonijiet.

Viżitaturi fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi l-ġdid tal-Kunsill
Viżitaturi fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi l-ġdid tal-Kunsill

Ċentru tal-Viżitaturi

Il-gruppi jistgħu jżuru wkoll iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kunsill. Dan joffri firxa ta' attivitajiet interattivi u esperjenza multimedjali ta' immersjoni.

Hawnhekk tista' titgħallem dwar il-ħidma tal-Kunsill u dwar kif l-istati membri tal-UE jaħdmu flimkien biex isibu soluzzjonijiet komuni u jsawru l-ġejjieni tal-Ewropa.

Ippjana ż-żjara tiegħek

Meta jistgħu jsiru żjarat ta' gruppi?

Żjarat ta' gruppi jistgħu jiġu organizzati fil-biċċa l-kbira tal-ġranet ta' fost il-ġimgħa bejn:

  • id-9:00 u l-11:00
  • is-13:30 u l-16:00

Ma jsirux żjarat ta' gruppi f'Awwissu.

Il-bini Justus Lipsius
Rue de la Loi/Wetstraat 175
B-1048 Bruxelles/Brussel
Belgique/België

Il-bini Lex
Rue de la Loi/Wetstraat 145
B-1048 Bruxelles/Brussel
Belgique/België

Il-bini Europa
Rue de la Loi/Wetstraat 175
B-1048 Bruxelles/Brussel
Belgique/België

Fejn isiru ż-żjarat ta' gruppi?

Is-sessjonijiet ta' informazzjoni u ż-żjarat fuq il-post isiru f'waħda mill-binjiet tal-Kunsill fi Brussell:

  • il-bini Justus Lipsius
  • il-bini Lex
  • il-bini Europa

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi jinsab fil-bini Justus Lipsius.

Fil-qrib hemm stazzjonijiet tal-ferrovija u tal-metro u waqfiet għall-karozzi tal-linja.

Sigurtà u aċċessibbiltà

Kull membru tal-grupp irid iġib passaport jew karta tal-identità nazzjonalivalida biex jidħol fil-bini tagħna. Ma naċċettawx tipi oħra ta' identifikazzjoni personali.

Gruppi minn skejjel irid ikollhom magħhom mill-inqas adult wieħed għal kull 10 studenti.

Il-bini tal-Kunsill huwa aċċessibbli għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Kanċellazzjoni

Nirriżervaw id-dritt li nħassru ż-żjara skedata ta' grupp li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-aċċess.

Jista' jkun li jkollna nikkanċellaw żjarat li jkunu diġà ġew ikkonfermati, anke b'avviż fl-aħħar minuta, f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jirriżultaw minn żviluppi politiċi jew laqgħat tal-Kunsill fl-aħħar mument.

Teħtieġ aktar tagħrif?

Ikkuntattja lit-tim taż-żjarat tal-Kunsill:

L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Jannar 2026