Riżorsi magħżula ta' informazzjoni online aċċessibbli fl-istabbiliment tal-Kunsill
Il-kontenut kollu ta' dawn ir-riżorsi huwa disponibbli min-network tal-Kunsill (desktop jew wi-fi). Il-persunal tal-Kunsill u l-viżitaturi esterni jistgħu jikkonsultaw dawn ir-riżorsi għal skopijiet ta' riċerka biss.
Id-distribuzzjoni ulterjuri mhix permessa. L-utenti huma individwalment responsabbli milli jikkonformaw mat-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi tal-użu skont il-ftehimiet għall-ħruġ ta' liċenzji u l-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur.
Eureka
Skopri r-riżorsi ta' informazzjoni kollha fi tfittxija waħda fuq il-katalgu tal-Librerija tal-Kunsill.
Politico Pro
Politico Pro huwa s-servizz ta' abbonament għall-aħbarijiet diġitali ta' Politico Europe, li jipprovdilek analiżi u għarfien li jkopri 12-il qasam ta' politika tal-UE.
Id-delegati jistgħu jitolbu aċċess komplimentari permezz ta' email.
Agence Europe
Agence Europe tispeċjalizza fil-kopertura tal-attivitajiet relatati mal-UE. Il-Librerija tal-Kunsill tipprovdi aċċess għall-Europe Daily Bullettin, il-pubblikazzjoni ewlenija ta' Agence Europe, u l-arkivji tiegħu.
The Economist
Verżjoni online tar-rivista tal-aħbarijiet ta' kull ġimgħa u aċċess mhux limitat għas-sit web economist.com.
The Economist Intelligence Unit
Rapporti ta' analiżi dwar kull pajjiż minn The Economist Intelligence Unit, inkluż tbassir ekonomiku u politiku regolari u dettaljat għal madwar 200 pajjiż.
Oxford Analytica
Oxford Analytica tipprovdi analiżi globali tal-ġeopolitika u l-makroekonomija. Il-persunal tal-Kunsill jista' jabbona għas-servizzi ta' analiżi ta' kuljum tagħha magħrufa bħala The Oxford Analytica Daily Brief.
IHS
Informazzjoni u analiżi dwar l-ekonomija globali u r-riskji għall-pajjiżi, inkluż analiżi dettaljata u tbassir għal madwar 200 pajjiż.
Frankfurter Allgemeine
Verżjoni elettronika ta' waħda mill-gazzetti ewlenin tal-Ġermanja.
European Journal of International Relations
Riċerka u żviluppi ta' natura kunċettwali, normattiva u empirika fis-suboqsma prinċipali kollha fil-qasam.
Strada Lex
Portal tal-leġiżlazzjoni Belġjana u Ewropea, li jinkludi kotba elettroniċi u rivisti perjodiċi dwar il-liġi Ewropea u d-dritt internazzjonali.
Beck-online
Portal tal-liġi Ġermaniża u Ewropea kif ukoll kummentarju legali, li jinkludi rivisti perjodiċi dwar il-liġi Ewropea.
Max Planck Encyclopedia of Public International Law
Enċiklopedija online ta' artikli evalwati mill-pari dwar id-dritt internazzjonali pubbliku.
Wolters Kluwer
Rivisti perjodiċi dwar il-liġi Ewropea u d-dritt internazzjonali (inkluż il-Common Market Law Review). Bl-Ingliż biss.
Dalloz.fr
Materjal legali Franċiż u Ewropew, inkluż ir-"Répertoire de droit européen" - enċiklopedija dwar il-liġi Ewropea. Bil-Franċiż biss.
L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Jannar 2024