Jum l-Ewropa 2026
Ħarsa lura lejn Jum l-Ewropa 2026
Jum l-Ewropa jfakkar l-anniversarju tad-dikjarazzjoni ta' Schuman, li nibbtet l-idea tal-UE tal-lum. Kull sena, eluf ta' nies jiġu fl-istituzzjonijiet tal-UE biex jiċċelebraw dan il-jum.
L-avveniment ta' Jum l-Ewropa 2026 sar is-Sibt, 9 ta' Mejju. Viżitaturi ta' kull età ġew fil-bini Justus Lipsius tal-Kunsill u skoprew wirja li ħadithom madwar l-Unjoni Ewropea.
Mgħammra b'passaport ta' Jum l-Ewropa, il-viżitaturi setgħu jivvjaġġaw madwar is-27 stat membru, u kull wieħed minnhom jilqagħhom b'logħob interattiv, kontenut informattiv, u fatti divertenti.
Spettakli tradizzjonali minn madwar l-UE, inkluż il-mużika u ż-żfin, taw il-ħajja lil dan il-jum. Iż-żgħar gawdew minn attivitajiet divertenti u kreattivi fir-Rokna tat-Tfal u ltaqgħu mal-maskot divertenti tagħna, Yooki.
Bosta ngħaqdu mat-tours tagħna ta' wara l-kwinti tal-Kunsill immexxija minn esperti, li inkludew il-kmamar fejn il-mexxejja tal-UE jiltaqgħu biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li jsawru l-futur tagħna.Il-programm mimli azzjoni inkluda wkoll xi skoperti arkitettoniċi, billi l-viżitaturi setgħu jesploraw il-bini Europa u l-ispazju uniku tiegħu f'għamla ta' lanterna.
Il-President Costa dwar Jum l-Ewropa
Ara l-filmat bil-messaġġ għal Jum l-Ewropa ta' António Costa, President tal-Kunsill Ewropew.
Iċċelebra online
U għal dawk li ma setgħux jaslu Brussell, żgurajna li naqsmu l-ispirtu ta' Jum l-Ewropa online, bi żjarat virtwali, suġġerimenti għall-qari dwar l-istorja ta' Jum l-Ewropa, kumpilazzjoni ta' għarfien arkitettoniku, atmosfera mużikali u riżorsi edukattivi għall-għalliema.
Skopri l-bidu tal-UE
Fid-9 ta' Mejju 1950, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' Franza Robert Schuman għamel diskors storiku bbażat fuq il-paċi u s-solidarjetà, filwaqt li ħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn in-nazzjonijiet u appoġġa l-irkupru tal-Ewropa wara l-gwerra.
Din id-dikjarazzjoni viżjonarja wittiet it-triq għal komunità ekonomika li gradwalment kibret fl-unjoni politika tal-lum.
Id-Dikjarazzjoni ta' Schuman - Fejn twieldet l-UE
Tgħallem aktar dwar il-Kunsill u ibqa' involut(a) matul is-sena kollha
Protezzjoni tad-data personali
Ħadna ritratti u filmati biex niddokumentaw u nippromwovu l-avveniment ta' Jum l-Ewropa fil-Kunsill.
Jekk jogħġbok sib hawn taħt stqarrija ta' privatezza għall-informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali.
L-aħħar reviżjoni: 12 ta' Mejju 2026