Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 54 riżultat
X'inhuma d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali?
Il-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR) hija kruċjali biex trawwem l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, filwaqt li tħeġġeġ il-kreattività u l-kompetizzjoni ġusta.

Xi jfissru t-tariffi tal-UE
L-oġġetti importati lejn l-UE mill-bqija tad-dinja huma soġġetti għal tariffi li jsegwu r-regoli u l-prinċipji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Indikazzjonijiet ġeografiċi għall-ikel u x-xorb
L-iskemi tal-kwalità tal-UE jħarsu l-wirt tal-prodotti agrikoli tal-Ewropa. Jagħmlu l-prodotti ta' kwalità faċilment rikonoxxibbli għall-konsumaturi u joffru opportunitajiet tas-suq lill-produtturi, inkluż dawk barra mill-UE.

L-industrija taċ-ċipep tal-UE
L-att tal-UE dwar iċ-ċipep jirrikonoxxi r-rwol essenzjali li għandhom il-mikroċipep f'kollox, mill-elettronika tal-konsumatur sal-infrastruttura kritika, u l-kontribut importanti tagħhom għall-kompetittività tal-UE.

Patt Ekoloġiku Ewropew
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li joħloq Ewropa aktar nadifa, aktar b'saħħitha u b'impatt newtrali fuq il-klima billi jittrasforma l-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw.

Benefiċċji u riskji tal-IA
Il-biċċa l-kbira tas-sistemi tal-IA huma sikuri u ta' benefiċċju, u joffru titjib fl-effiċjenza u ffrankar tal-kostijiet. Madankollu, xi wħud minnhom joħolqu riskji bħad-diskriminazzjoni, u għaldaqstant jeħtieġ li jiġu rregolati b'attenzjoni.

Nagħtu lill-konsumaturi s-setgħa li jagħmlu għażliet aktar sostenibbli
L-UE stabbiliet regoli għan-negozji biex jagħtu prova tal-bażi tal-asserzjonijiet ekoloġiċi li jagħmlu dwar is-sostenibbiltà, u biex jipprevjenu lill-konsumaturi milli jkunu vittmi ta' greenwashing u prattiki kummerċjali żleali.

Rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti aktar sostenibbli
Ir-regoli tal-UE dwar l-ekodisinn jagħmlu l-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE aktar ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, durabbli u ċirkolari.

Prodotti ta' xogħol furzat
L-użu tax-xogħol furzat fil-manifattura tal-prodotti jibqa' problema dinjija u jeħtieġ regolamenti internazzjonali komuni biex isolvuh. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE effettivament ser telimina l-prodotti magħmula bl-użu tax-xogħol furzat mis-suq tal-Unjoni.

Ftehimiet kummerċjali tal-UE
Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE jsawru r-relazzjonijiet kummerċjali mal-pajjiżi li mhumiex fl-UE, bl-għan li jinħolqu opportunitajiet kummerċjali aħjar u jingħelbu l-ostakli għall-kummerċ.
