"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE

962 160 ċittadin mhux tal-UE applikaw għall-ażil fl-UE fl-2022. F'din il-paġna ssib aktar informazzjoni dwar:

  • ix-xejriet fl-għadd ta' persuni li jfittxu l-ażil fl-UE
  • il-pajjiżi ta' oriġini tal-applikanti għall-ażil
  • l-għadd ta' applikazzjonijiet f'kull pajjiż tal-UE

Iċ-ċifri jinkludu kemm applikanti għall-ażil għall-ewwel darba kif ukoll applikazzjonijiet sussegwenti.

Ix-xejra fl-applikazzjonijiet għall-ażil (1990-2022)

L-applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE laħqu l-ogħla livell fl-2015 u l-2016 u naqsu minn hemm 'il quddiem. Bejn l-2021 u l-2022 kien hemm żieda ta' 52%.

Iċ-ċifri mill-2020 'il quddiem ma jinkludux applikazzjonijiet li saru fir-Renju Unit (wara l-ħruġ tiegħu mill-UE).

Verżjoni testwali

Applikanti għall-ażil fl-UE, 1990-2021

  • 397 030 applikazzjoni għall-ażil fl-1990
  • 511 185 applikazzjoni għall-ażil fl-1991
  • 672 385 applikazzjoni għall-ażil fl-1992
  • 516 705 applikazzjoni għall-ażil fl-1993
  • 300 280 applikazzjoni għall-ażil fl-1994
  • 263 655 applikazzjoni għall-ażil fl-1995
  • 227 805 applikazzjoni għall-ażil fl-1996
  • 242 780 applikazzjoni għall-ażil fl-1997
  • 313 645 applikazzjoni għall-ażil fl-1998
  • 380 450 applikazzjoni għall-ażil fl-1999
  • 406 585 applikazzjoni għall-ażil fl-2000
  • 424 180 applikazzjoni għall-ażil fl-2001
  • 421 470 applikazzjoni għall-ażil fl-2002
  • 344 800 applikazzjoni għall-ażil fl-2003
  • 276 675 applikazzjoni għall-ażil fl-2004
  • 234 675 applikazzjoni għall-ażil fl-2005
  • 197 410 applikazzjoni għall-ażil fl-2006
  • 222 635 applikazzjoni għall-ażil fl-2007
  • 225 155 applikazzjoni għall-ażil fl-2008
  • 263 925 applikazzjoni għall-ażil fl-2009
  • 259 635 applikazzjoni għall-ażil fl-2010
  • 309 045 applikazzjoni għall-ażil fl-2011
  • 335 290 applikazzjoni għall-ażil fl-2012
  • 421 820 applikazzjoni għall-ażil fl-2013
  • 617 740 applikazzjoni għall-ażil fl-2014
  • 1 322 135 applikazzjoni għall-ażil fl-2015
  • 1 248 325 applikazzjoni għall-ażil fl-2016
  • 695 485 applikazzjoni għall-ażil fl-2017
  • 640 735 applikazzjoni għall-ażil fl-2018
  • 712 955 applikazzjoni għall-ażil fl-2019
  • 472 395 applikazzjoni għall-ażil fl-2020
  • 632 405 applikazzjoni għall-ażil fl-2021
  • 962 160 applikazzjoni għall-ażil fl-2022

Sors: l-Eurostat

Pajjiżi ta' oriġini tal-applikazzjonijiet għall-ażil (2022)

Is-Sirjani, l-Afgani, it-Torok u l-Venezweljani ppreżentaw l-akbar għadd ta' applikazzjonijiet għall-ażil, li flimkien jammontaw għal kważi 40% tal-applikazzjonijiet kollha fl-istati membri tal-UE fl-2022.

Mill-2013, is-Sirja kienet il-pajjiż ta' ċittadinanza tal-akbar għadd ta' persuni li jfittxu ażil fl-UE. Fl-2022, is-Sirjani ppreżentaw 135 465 applikazzjoni.

Din iċ-ċart turi biss il-pajjiżi bl-ogħla numri ta' applikazzjonijiet (1 000 jew aktar).

Verżjoni testwali

Il-pajjiżi ta' oriġini ewlenin fl-2021:

  • Albanija: 11 305 applikazzjoni
  • Kolombja 13 830 applikazzjoni
  • Marokk 14 420 applikazzjoni
  • Georgia 14 595 applikazzjoni
  • Somalja 16 675 applikazzjoni
  • Niġerja 16 800 applikazzjoni
  • Venezwela 17 900 applikazzjoni
  • Bangladesh 20 090 applikazzjoni
  • Turkija 22 190 applikazzjoni
  • Pakistan 24 820 applikazzjoni
  • Iraq 29 850 applikazzjoni
  • Afganistan 98 685 applikazzjoni
  • Sirja 115 470 applikazzjoni

Għadd ta' applikazzjonijiet għall-ewwel darba f'kull pajjiż tal-UE (2022)

Fl-2022, il-Ġermanja rċeviet kwart (25%) tal-applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE, segwita minn:

  • Franza (16%)
  • Spanja (12%)
  • Awstrija (11%)
  • Italja (9%)

Dawn il-ħames stati membri tal-UE flimkien irċevew kważi tliet kwarti tal-applikazzjonijiet kollha għall-ażil għall-ewwel darba fl-UE.

Verżjoni testwali

Applikazzjonijiet għall-ażil fl-2022:

  • Awstrija: 108 755
  • Belġju: 36 740
  • Bulgarija: 20 390
  • Kroazja: 12 870
  • Ċipru: 22 190
  • Ċekja: 1 685
  • Danimarka: 4 565
  • Estonja: 2 945
  • Finlandja: 5 780
  • Franza: 156 455
  • Ġermanja: 243 835
  • Greċja: 37 375
  • Ungerija: 45
  • Irlanda: 13 660
  • Italja: 8 4290
  • Latvja: 620
  • Litwanja: 1 025
  • Lussemburgu: 2 445
  • Malta: 1 320
  • Netherlands: 37 020
  • Polonja: 9 810
  • Portugall: 2 115
  • Rumanija: 12 355
  • Slovakkja: 545
  • Slovenja: 6 785
  • Spanja: 117 945
  • Żvezja: 18 605