Skip to content

Il-politika agrikola komuni (PAK)

Introduzzjoni għall-politika agrikola komuni (PAK)

X'inhi l-PAK?

Il-politika agrikola komuni (PAK) hi l-politika li ilha l-aktar fis-seħħ fl-UE bil-għan li:

  • tipprovdi ikel għall-but ta' kulħadd, li hu sikur u ta' kwalità tajba ħafna
  • tassigura livell ġust ta' għajxien għall-bdiewa
  • tippreserva r-riżorsi naturali u tirrispetta l-ambjent

10-il miljun bidwi fl-UE:

Huma responsabbli għal 39 % tal-art fl-UE (kważi nofs l-Ewropa).

447 miljun konsumatur fl-UE:

30 % jgħixu f'żoni rurali u jipprovdu 40 miljun impjieg fil-katina tal-ikel.

S'issa, il-PAK tirċievi 31 % tal-baġit tal-UE, li liċ-ċittadin tal-UE jiswieh madwar 30 ċenteżmu kuljum.

IR-REGOLI TAL-UE:

Il-PAK hi magħmula minn struttura b'żewġ pilastri:

  • l-ewwel pilastru: pagamenti diretti u miżuri tas-suq
  • it-tieni pilastru: żvilupp rurali

Għal aktar informazzjoni dwar il-politika agrikola komuni, ara: