Skip to content

L-Ekonomija tal-Benesseri: lil hinn mill-PDG

L-Ekonomija tal-Benesseri rrappreżentata minn erba' weraq b'simboli għall-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ

Il-benesseri taċ-ċittadini u t-tkabbir ekonomiku jiddependu minn xulxin u jsaħħu lil xulxin.

  • Benesseri
  • Tkabbir ekonomiku

L-Ekonomija tal-Benesseri

Tkabbir ekonomiku fit-tul u sostenibbli

Protezzjoni soċjali

Aktar produttività

  • promozzjoni tal-protezzjoni soċjali

  • tnaqqis fl-inugwaljanza

Ugwaljanza bejn is-sessi

Sal-2050 żieda fil-PDG sa +9.6%

  • bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

  • arranġamenti ta' xogħol flessibbli

  • aktar appoġġ għall-kura

Kura tas-saħħa

+ €58 biljun iffrankati fil-kura tas-saħħa sal-2050

  • kura tas-saħħa ta' kwalità għolja

  • investiment f'miżuri preventivi

Edukazzjoni u taħriġ

6 snin iktar ħajja għal persuni b'livell aħjar ta' edukazzjoni

  • aċċess akbar għall-edukazzjoni għal kulħadd

  • promozzjoni tat-tagħlim għall-adulti u tul il-ħajja

Azzjonijiet futuri possibbli għall-UE u l-istati membri tagħha

  • l-istabbiliment ta' strateġija ġdida biex l-UE ssir l-ekonomija l-aktar kompetittiva u soċjalment koeżiva

  • il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-benesseri li għandhom il-miżuri ta' politika fl-oqsma kollha b'perspettiva fit-tul
  • ir-riprijoritizzazzjoni tal-investiment billi jittieħed kont tar-rabta bejn ir-riżultati tal-benesseri u t-tkabbir ekonomiku
  • l-indirizzar tal-inugwaljanzi fir-riżultati tal-benesseri

Sors OECD

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025