"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Politika soċjali

Kif l-UE tikkoordina l-politiki għall-promozzjoni tad-drittijiet soċjali, bl-għan li tibni mudell soċjali Ewropew aktar ġust u inklużiv.

L-UE tappoġġa lill-istati membri tagħha fil-promozzjoni tal-impjiegi, fit-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, fl-għoti ta' protezzjoni soċjali adegwata u fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

Il-politiki dwar l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali huma primarjament ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali.

L-affarijiet soċjali huma dwar in-nies

Il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali

Il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali għandu l-għan li jappoġġa swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw tajjeb.

Il-pilastru jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE li tiżgura kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol aħjar madwar l-UE, b'enfasi fuq l-impjiegi, il-ħiliet, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali.

Miri tal-UE għall-2030 dwar id-drittijiet soċjali

Fl-2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat pjan ta' azzjoni li stabbilixxa l-pjan direzzjonali biex jiġu implimentati l-20 prinċipju tal-pilastru. Bl-adozzjoni tad-dikjarazzjoni ta' Porto, il-mexxejja tal-UE laqgħu wkoll tliet miri tal-UE dwar id-drittijiet soċjali li għandhom jintlaħqu sal-2030.

Titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol

L-UE adottat regoli biex tagħmel il-kundizzjonijiet tax-xogħol aktar ġusti, tindirizza d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u tiżgura s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema.

Uħud mill-aktar inizjattivi politiċi reċenti jinkludu regoli dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi, pagi minimi adegwati u kundizzjonijiet tax-xogħol aktar trasparenti u prevedibbli.

Il-ħaddiema tal-pjattaformi huma protetti fl-UE

Ugwaljanza

L-UE tippromwovi l-ugwaljanza fil-postijiet tax-xogħol, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, u l-ħajja pubblika.

L-inizjattivi tagħha jiffukaw fuq il-ġeneru, l-inklużjoni razzjali u etnika, id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u l-protezzjoni tal-LGBTQ+.

Il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali bejn l-irġiel u n-nisa huwa minqux fit-Trattati tal-UE. Madankollu, għad hemm differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fl-UE. Biex tgħin fit-tnaqqis ta' din id-differenza, l-UE adottat regoli ġodda dwar it-trasparenza fil-pagi.

L-UE stabbiliet korpi tal-ugwaljanza biex jippromwovu t-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni fl-istati membri. Il-korpi joffru appoġġ indipendenti lill-vittmi ta' diskriminazzjoni, iwettqu stħarriġ, jippubblikaw rapporti, u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta' diskriminazzjoni.

Investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b'mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġa b'suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.

L-UE tippromwovi ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u trawwem il-kollaborazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni, bl-għan li jinbnew sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ aktar reżiljenti u inklużivi.

Barra minn hekk, l-UE qed taħdem fuq regoli ġodda biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol għat-trainees u tiżgura li dawn ma jiġux sfruttati.

Inklużjoni soċjali

Sabiex tippromwovi l-inklużjoni soċjali fis-soċjetà, l-UE għamlitha illegali li ssir diskriminazzjoni kontra persuni abbażi tar-razza jew l-etniċità tagħhom.

Iċ-ċittadini tal-UE huma mħarsa wkoll mid-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

L-UE għandha l-għan li tagħmel diversi prodotti u servizzi aktar aċċessibbli għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilità.

L-UE u l-istati membri tagħha qed jaħdmu biex jiżguraw li l-persuni kollha b'diżabilità jgawdu d-drittijiet tagħhom, ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija u ma jesperjenzawx diskriminazzjoni.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Tliet ħaddiema b'ilbies protettiv sħiħ u tagħmir għan-nifs jaħdmu fuq saqaf imżerżaq.

Il-protezzjoni tal-ħaddiema: is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Saħħa mentali

Regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

L-aħħar reviżjoni: 7 ta' Frar 2025