Skip to content

Żieda fil-prezz tal-enerġija mill-2021 'l hawn

Il-prezz tal-enerġija fl-UE laħaq livelli rekord fl-2022.

Iż-żieda, marbuta maż-żieda globali fil-prezzijiet tal-enerġija bl-ingrossa, bdiet fil-2021 wara l-pandemija tal-COVID-19 u d-domanda internazzjonali li qed tikber. L-invażjoni Russa tal-Ukrajna kellha effett aggravanti.

Billi l-UE timporta ħafna mill-enerġija tagħha, iż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni mit-tieni trimestru tal-2021 (ma tidhirx fiċ-ċart) ħalliet impatt kemm fuq il-prezzijiet tal-produtturi kif ukoll fuq il-prezzijiet tal-konsumatur. Bejn Diċembru 2020 u Diċembru 2021, il-prezz tal-importazzjoni għall-enerġija fiż-żona tal-euro żdied b'aktar mid-doppju. Din iż-żieda kienet bla preċedent għax għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-enerġija huma pjuttost volatili, dawn ġeneralment ma jinbidlux b'aktar minn 30 % matul sena.

Fl-2022, il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u d-deċiżjoni unilaterali tagħha li tissospendi l-konsenji tal-gass lil xi stati membri tal-UE wasslu għal żieda fil-prezz tal-gass, li kkawżat prezzijiet għolja rekord għall-elettriku wkoll fl-UE.

Il-mewġiet tas-sħana matul is-sajf tal-2022 qiegħdu pressjoni addizzjonali fuq is-swieq tal-enerġija, billi minn naħa kkawżaw żieda fid-domanda għall-enerġija għat-tkessiħ, u min-naħa l-oħra naqqsu l-provvista tal-enerġija minħabba n-nixfa u t-tnaqqis konsegwenti fil-provvista tal-enerġija idroelettrika.

It-tabella tippreżenta data għall-UE kollha minn Jannar 2021 sa Jannar 2023 għal:

  • prezzijiet tal-produtturi għall-enerġija fl-industrija
  • prezzijiet tal-konsumatur għall-elettriku, il-gass u fjuwils oħra

Il-prezzijiet tal-enerġija għall-produtturi u għall-konsumaturi fl-UE

Verżjoni testwali

Grafika li turi l-prezzijiet tal-enerġija fl-UE bejn Jannar 2021 u Jannar 2023:

  • il-prezzijiet tal-enerġija għall-produtturi industrijali domestiċi żdiedu minn 106.2 għal 241.3
  • il-prezzijiet tal-elettriku, il-gass u fjuwils oħra għall-konsumaturi żdiedu minn 105.4 għal 172.3

(indiċi medju 2015=100, mhux aġġustat)