"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Enerġija

Skopri kif il-pajjiżi tal-UE jikkooperaw biex jiżguraw provvista tal-enerġija sostenibbli u affordabbli.

Enerġija affordabbli u affidabbli hija kruċjali għall-prosperità tal-UE.

L-għan tal-pajjiżi tal-UE huwa li jibnu unjoni tal-enerġija b'saħħitha, iżidu s-sovranità tal-enerġija u l-kompetittività globalment, filwaqt li jiddekarbonizzaw is-settur, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi.

Id iżżomm turbina eolika, pannelli solari, siġra, u ċirku bi stilel bħal fl-emblema tal-UE.

L-assigurazzjoni tal-provvista tal-enerġija

Il-pajjiżi tal-UE qed jaħdmu flimkien biex jiżguraw il-provvista tal-enerġija bi prezzijiet kompetittivi għall-ekonomija tal-UE u ċ-ċittadini tagħha.

L-għan tal-pajjiżi tal-UE huwa li jnaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili tar-Russja, jiddiversifikaw ir-rotot tal-provvista u jsaħħu r-rabtiet ma' sħab aktar affidabbli, filwaqt li jappoġġaw il-bidla lejn enerġija aktar ekoloġika, b'mod partikolari l-enerġija nadifa prodotta fl-Ewropa.

Ir-regoli tal-UE jipproteġu lill-konsumaturi u lill-kumpaniji minn żidiet qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u għandhom l-għan li jintegraw aħjar is-sistemi nazzjonali tal-enerġija tal-pajjiżi tal-UE f'unjoni tal-enerġija aktar b'saħħitha.

Tbegħid mill-gass Russu

Fl-2025, il-volum ta' gass importat mir-Russja kien inqas minn terz tal-livell tal-2021. Iċ-ċart ta' hawn taħt turi l-volum ta' gass importat mill-UE f'biljun metru kubu.

Verżjoni testwali

Ċart li tqabbel il-provvista tal-gass mis-sħab ewlenin tal-UE fl-2021 mal-2023 u l-2025.

L-importazzjonijiet mir-Russja naqsu minn aktar minn 150 biljun metru kubu (bcm) fl-2021 għal 40.9 bcm fl-2025. Dan kien prinċipalment ikkumpensat minn importazzjonijiet li qed jiżdiedu minn sħab oħra. L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdiedu minn 18.9 bcm fl-2021 għal 79.4 bcm fl-2025. L-importazzjonijiet min-Norveġja żdiedu minn 79.5 bcm fl-2021 għal 97.2 bcm fl-2025.

Sors: Kalkolu tal-Kummissjoni Ewropea bbażat fuq LSEG (Refinitiv) u ENTSO-G

F'Jannar 2026, l-UE adottat regolament biex gradwalment tipprojbixxi l-importazzjonijiet tal-gass Russu li fadal, sa mhux aktar tard minn tmiem l-2027.

Nagħmlu l-enerġija aktar ekoloġika

Is-settur tal-enerġija huwa l-akbar sors tal-UE ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra.

Skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew u r-regoli ta' "Lesti għall-mira ta' 55%", il-pajjiżi tal-UE stabbilew għanijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-settur tal-enerġija li jinkludu:

  • tbegħid progressiv mill-fjuwils fossili
  • żieda tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli
  • użu aktar effiċjenti tal-enerġija, inkluż fil-bini
  • ħolqien ta' suq għall-idroġenu

Il-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli

Mill-2020 sal-2025, il-kapaċità tal-enerġija solari tal-UE kibret b'157% għal total ta' 406 gigawatt, skont id-data mill-Kummissjoni Ewropea. Dan huwa aktar milli huwa meħtieġ biex pajjiż bħall-Italja jkollu l-enerġija għal sena sħiħa. Il-produzzjoni tal-enerġija mir-riħ ukoll qed tiżdied b'rata mgħaġġla.

L-enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija solari u mir-riħ, hija ċentrali għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u tista' tgħin biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq fornituri esterni tal-enerġija.

Il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-UE mistennija tkompli tikber

L-istati membri tal-UE qed jikkollaboraw biex iżidu l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u, kif jidher fiċ-ċart, huwa mbassar li l-produzzjoni tagħhom fl-UE tkompli tikber matul is-snin li ġejjin. Fl-2024, 25.4% tal-enerġija finali kollha kkunsmata fl-UE nkisbet minn sorsi rinnovabbli. L-għan huwa li s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jammontaw għal aktar minn 42.5% tat-taħlita tal-enerġija tal-UE sal-2030.

Verżjoni testwali

Ċart li turi l-kapaċità kumulattiva f'gigawatts (GW) fl-UE għall-enerġija solari, l-enerġija mir-riħ, il-bijoenerġija u l-enerġija idroelettrika mill-2010 sal-2024, bi tbassir għas-snin 2025-2030.

  • Il-kapaċità tal-enerġija idroelettrika esperjenzat tkabbir limitat biss, minn 143.2 GW fl-2010 għal 152.7 GW fl-2024. Il-kapaċità mistennija tibqa' stabbli u tilħaq 159 GW fl-2030.
  • Il-bijoenerġija tirrappreżenta biss sehem żgħir tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli fl-UE. Il-kapaċità tal-bijoenerġija tal-UE kibret minn 25 GW fl-2010 għal 37.2 GW fl-2024 u skont it-tbassir ser tibqa' bejn wieħed u ieħor f'dan il-livell.
  • Il-kapaċità tal-enerġija mir-riħ kibret b'mod kostanti u żdiedet minn 79.2 GW fl-2010 għal 230.8 GW fl-2024. Il-kapaċità mistennija tkompli tikber u tilħaq 368.6 GW fl-2030.
  • L-enerġija solari hija s-sors ta' enerġija rinnovabbli li kiber l-aktar, minn 30 GW fl-2010 għal 332.1 GW fl-2024. L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (AIE) tbassar li sal-2030, il-kapaċità tal-enerġija solari fl-UE ser tilħaq 690.1 GW.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Grafika stilizzata li turi bozza b'ger fuq ġewwa fuq ix-xellug u binja uffiċċji għoli fuq il-lemin, konnessi b'linja blu tiela' 'l fuq.

Nagħtu spinta lill-kompetittività tal-UE: it-triq 'il quddiem

Illustrazzjoni ta' żewġ idejn iwaqqfu l-gass miċ-ċmieni ta' fabbrika.

Tibdil fil-klima: x'qed tagħmel l-UE

Grafika dwar l-infrastruttura għall-importazzjoni tal-gass naturali likwifikat (LNG) fil-pajjiżi tal-UE.

L-infrastruttura tal-gass naturali likwifikat fl-UE

L-aħħar reviżjoni: 18 ta' Marzu 2026