Prestazzjoni ambjentali
Prestazzjoni ambjentali
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jaħdem biex jipproteġi l-ambjent permezz tal-programm tiegħu ta' ġestjoni ambjentali.
Evoluzzjoni 2010-2020*:
- Konsum normalizzat tal-enerġija primarja -35 %
- Konsum tal-ilma -37 %
- Skart kull persuna** -9 %
- Konsum tal-karti -73 %
- Emissjonijiet diretti ta' gassijiet serra (karburant, gass, refriġeranti) -20 %
*Fl-2020, iċ-ċifri kollha jkopru l-bini Europa flimkien mal-binjiet Justus Lipsius, Lex u tal-crèche.
Il-pandemija naqqset l-għadd ta' okkupanti fil-binjiet, u b'hekk kellha impatt fuq iċ-ċifri finali.
** Mingħajr skart tal-kostruzzjoni.
Is-SĠK jaħdem biex inaqqas l-impatt tiegħu u jipproteġi l-ambjent permezz ta' ġestjoni ambjentali ta' kwalità għolja