Skip to content

Is-suq tad-drogi fl-UE

L-infografika turi data ewlenija dwar l-użu tad-droga fl-UE. L-ikoni juru tipi differenti ta' drogi illeċiti użati fl-UE (pilloli, werqa tal-kannabis, siringa, trab).

Is-suq tad-drogi fl-UE

L-użu tad-drogi

87.4 miljun persuna adulta fl-UE użaw drogi illeċiti mill-inqas darba f'ħajjithom:

  • 31% tal-popolazzjoni tal-UE
  • 60% irġiel — 40% nisa

Għadd ta' persuni adulti li użaw drogi fl-2021:

  • kannabis: 22.6 miljun
  • kokaina: 3.7 miljuni
  • MDMA/ekstasi: 2.3 miljuni
  • amfetamini: 2 miljuni

Żieda 2016-2021

  • kannabis: + 9.6%
  • kokaina: + 42.3%
  • MDMA/ekstasi: + 12.6%
  • amfetamini: + 37.9%

Fl- 2021:

  • Miljun konsumatur stmati tal-opjojdi ta' riskju għoli
  • il-kannabis kienet id-droga li ssemmiet l-aktar ta' spiss mill-persuni li qed jibdew kura ġdida, li jirrappreżentaw 45 % tal-persuni kollha li bdew isegwu trattament għall-ewwel darba fl-Ewropa u 35 % tat-talbiet kollha għal trattament
  • mill-anqas 6 166 persuna mietu b'overdose
  • 41 sustanza psikoattiva ġdida nstabu għall-ewwel darba (2022)

Qabdiet ta' droga

Miljun qabda ta' drogi illeċiti fl-2021

  • ħaxix (816) u raża (256) kannabis (ħaxix + raża) 1 072 tunnellata
  • kokaina 303-il tunnellata
  • eroina 9.5 tunnellati
  • amfetamini 6.8-il tunnellata
  • metamfetamina 1.2 tunnellati
  • MDMA/ekstasi 3.5 miljun pillola
  • MDMA/ekstasi 1.6 tunnellata trab/kristalli