Ġlieda kontra l-kriminalità
Tgħallem kif l-UE u l-istati membri tagħha qed jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali biex iwaqqfu l-kriminalità transfruntiera u biex l-UE ssir aktar sikura.
75 miljun persuna fl-UE jisfaw vittmi tal-kriminalità kull sena. L-UE taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji tal-UE biex twaqqaf il-kriminalità transfruntiera u l-kriminalità organizzata.
Flimkien iqiegħdu fil-mira reati serji bħat-traffikar ta' bnedmin, drogi, jew armi tan-nar.
X'qed tagħmel l-UE biex tiġġieled il-kriminalità organizzata
Il-kriminalità organizzata hija theddida kbira għaċ-ċittadini, in-negozji u l-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll għall-ekonomija Ewropea. L-UE u l-istati membri tagħha qed jieħdu għadd ta' miżuri kontra l-attivitajiet kriminali ewlenin fl-Ewropa f'diversi oqsma.
L-identifikazzjoni u t-tqegħid fil-mira tan-networks kriminali involuti fit-traffikar u d-distribuzzjoni ta' diversi tipi ta' drogi.
It-tqegħid fil-mira ta' networks kriminali li jisfruttaw persuni vulnerabbli għall-fini ta' gwadann ekonomiku.
It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Ewropa kontra t-theddid ċibernetiku u l-iżgurar ta' servizzi u għodod diġitali affidabbli.
Il-ġlieda kontra l-kriminalità f'ċifri
L-UE għandha approċċ integrat għas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi, li huwa kkoordinat mill-pjattaforma EMPACT tal-UE. L-isforzi ta' din il-pjattaforma wasslu għal riżultati sinifikanti fl-2025.
Il-ħidma tal-UE biex tiġġieled kontra t-terroriżmu
Wara sensiela ta' attakki mill-2015 'l hawn, l-Unjoni Ewropea adottat diversi miżuri biex twaqqaf it-terroriżmu. Mill-prevenzjoni li t-terroristi jixtru armi jew jibnu bombi, sal-isforzi biex niġġieldu kontra r-radikalizzazzjoni l-ewwel u qabel kollox.
Iltaqa' ma' Zita, vittma tat-traffikar tal-bnedmin
Filwaqt li jibdew vjaġġ twil u perikoluż biex jaħarbu mill-faqar, eluf ta' vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, bħal Zita, jaħarbu minn pajjiżhom biex fl-aħħar mill-aħħar isibu ruħhom sfurzati f'servitù domestika.
L-aħħar aħbarijiet
- EU sanctions against terrorism: Council lists the founder of 'The Base'
- Il-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina: l-UE żżid entità waħda u l-fundatur tagħha mal-lista
- Stqarrija konġunta għall-istampa: Forum Ministerjali UE – Balkani tal-Punent dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (Budva, il-Montenegro, 5-6 ta' Novembru 2026)
L-aħħar spjegazzjonijiet
L-aħħar reviżjoni: 17 ta' Ġunju 2026