Skip to content

Żona Ewropea tar-Riċerka

Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka tqarreb lill-pajjiżi tal-UE lejn xulxin, ittejjeb l-infrastruttura tar-riċerka u tagħmel is-sistemi nazzjonali tar-riċerka aktar effiċjenti, tixpruna l-innovazzjoni permezz taċ-ċirkolazzjoni miftuħa tax-xjenza u l-għarfien u tiftaħ is-swieq tax-xogħol għar-riċerkaturi madwar l-UE

Investiment fil-ġejjieni tal-Ewropa

Il-bini ta' żona xjentifika u teknoloġika komuni għall-UE

Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) tnediet fis-sena 2000.

X'kisbiet għamlet iż-ŻER s'issa?

  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jindirizzaw l-isfidi aħjar flimkien
  • Ippjanar u żvilupp konġunti tal-infrastruttura tar-riċerka
  • Sistemi ta' riċerka nazzjonali aktar effettivi
  • Ċirkolazzjoni miftuħa tax-xjenza u t-tagħrif
  • Mobbiltà u swieq tax-xogħol miftuħin għar-riċerkaturi madwar l-UE
  • Inizjattivi biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi
  • Kooperazzjoni internazzjonali aktar b'saħħitha

Kemm tinvesti l-UE fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż)?

L-UE tirrapreżenta

  • 7 % tal-popolazzjoni dinjija
  • kważi 20 % tal-investiment globali fir-riċerka u l-innovazzjoni
  • 21 % tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta' kwalità għolja kollha

Kważi 2/3 tat-tkabbir ekonomiku hu xprunat mill-innovazzjoni.

Nefqa domestika grossa fuq ir-R&Ż:

(2018):

  • UE27: 2.18% * tal-PDG
  • Korea t'Isfel: 4.52%
  • Ġappun: 3.28% ***
  • Stati Uniti: 2.82% **
  • Ċina (minbarra Hong Kong): 2.14%

* proviżorja.

** l-Istati Uniti għandhom definizzjoni differenti.

*** waqfa fis-serje kronoloġika.

Nefqa tal-intrapriżi tan-negozju fuq ir-R&Ż:

(2018):

  • UE27: 1.45% * tal-PDG
  • Korea t'Isfel: 3.63%
  • Ġappun: 2.6%
  • Stati Uniti: 2.05% **
  • Ċina (minbarra Hong Kong): 1.66%

* proviżorja.

** l-Istati Uniti għandhom definizzjoni differenti.

X'inhuma l-għanijiet taż-Żona Ewropea tar-Riċerka l-ġdida?

  • Aktar investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni għal futur ambjentali u diġitali
  • Użu tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-swieq
  • Aċċess aħjar għall-infrastruttura u faċilitajiet għar-riċerkaturi
  • Promozzjoni tal-opportunitajiet ta' mobbiltà, il-ħiliet u l-iżvilupp professjonali tar-riċerkaturi
  • Appoġġ għax-xjenza miftuħa u qsim aħjar tal-għarfien
  • Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi (In-nisa jirrappreżentaw 48 % tal-gradwati tal-UE fil-livell ta' dottorat, iżda madwar 1/3 biss tar-riċerkaturi kollha tal-UE u 1/5 biss ta' dawk fis-settur tan-negozju)
  • Involviment aktar b'saħħtu taċ-ċittadini u organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni

Mira tal-investiment: 3% tal-PDG tal-UE fuq ir-riċerka u l-iżvilupp.

Orizzont Ewropa - il-programm qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni

€95.5 biljun għas-snin 2021-2027.

Orizzont Ewropa jikkomplementa l-fondi nazzjonali u reġjonali fir-R&Ż

  • Iż-ŻER u Orizzont Ewropa għandhom l-għan li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa u jsaħħu l-potenzjal tagħha
  • 3% tal-baġit totali għal Orizzont Ewropa jintuża biex iżid il-parteċipazzjoni u jsaħħaħ iż-ŻER

Sorsi: Kummissjoni Ewropea, Parlament Ewropew, Eurostat.

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025